ferrovija | One News

Notifiki

Vjaġġi bil-ferrovija fi Spanja kkanċellati f’jum il-mara

Ħafna vjaġġi bil-ferroviji fi Spanja kienu kkanċellati hekk kif il-ħaddiema qed jippreparaw strajk sabiex ikunu emfasizzat l-inugwaljanza bejn is-sessi fil-Jum Dinji tal-Mara.

Il-Ministeru Spanjol tat-Trasport ħabbar li tlett mitt ferrovija mhux se jaħdmu fil-jum tal-Ħamis. L-istrajk ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, imsejjaħ minn għaxar unjins, kien suġġett għal ħafna dibattitu.

Gruppi femministi appellaw lin-nisa biex ma jonfqu xejn u ma jagħmlux il-qadi domestiku għal jum. Iżda uħud ma qablux ma’ dan l-istrajk.

Tnejn mejta wara ħabta bejn żewġ ferroviji

Ferrovija Amtrak li kienet qed iġġorr 147 persuna ħabtet ma’ ferrovija oħra tal-merkanzija f’South Carolina, bl-uffiċjali jgħidu li mietu żewġ persuni.

Madwar 70 persuna sfaw feruti. Amtrak qalu li l-magna prinċipali tal-ferrovija tal-passiġġieri u diversi vaguni nqalgħu minn fuq il-binarji fil-ħabta viċin Columbia.

Il-ferrovija kienet qed topera bejn New York u Miami.

Erbat ijiem ilu, sewwieq ta’ trakk inqatel meta l-vettura tiegħu intlaqtet minn ferroviaj li kienet qed iġġorr diversi leġiżlaturi f’Virginia. Id-dipartiment lokali tax-sheriff ikkonferma l-fatalitajiet fil-ħabta ta’ South Carolina, li seħħet fis-sagħtejn u nofs u ħamsa ta’ filgħodu, fil-belt ta’ Cayce.

Send this to a friend