fekruna | One News

Notifiki

Jason Azzopardi jordnalu jibqa’ miexi b’esproprjazzjoni jiem qabel l-elezzjoni ġenerali

L-eks Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Artijiet, Eman Schembri, kien wera f’e-mail li bagħat fit-28 ta’ Frar 2013 lill-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u lill-eks Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li ma ħassx li kien prudenti li l-każ tal-esproprjazzjoni tal-art tal-Fekruna kellu jibqa’ għaddej meta kienet waslet l-elezzjoni ġenereali.

Meta kien qed jixhed quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi dwar ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali dwar dan it-trasferiment tal-art, is-Sur Schembri qal li huwa kien irċieva minuta fil-file minn Jason Azzopardi biex imexxi u jagħlaq it-transizzjoni.Aqra aktar

Bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkombatti

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux se jieħu passi fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzoppardi.

Dan minkejja li f’rapport tal-Awditur Ġenerali li investiga t-trasferiment tal-art tal-Fekruna, il-poplu Malti tilef mal-miljun ewro għall-gwadan ta’ kuntrattur qrib il-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi mill-ġurnalista jekk hux se jitlob għar-riżenja ta’ Azzopardi dwar dan il-każ skandaluż, Delia ċaħad li hemm investigazzjoni dwar l-aġir ta’ Azzoppardi.Aqra aktar

ARA: Qala’ €3 miljun għax beża’ li se tinqaleb il-folja

Meta l-Erbgħa filgħaxija l-kumitat għall-kontijiet pubbliċi kompla jiddiskuti l-esproprjazzjoni tal-art tal-Fekruna għal aktar minn €4 miljun lil sid ta’ stabbiliment, kien imiss li jixhed is-sid innifsu, Raymond Vella.

Fix-xhieda tiegħu Vella kkonferma li għall-art tal-Fekruna ngħata żewġ artijiet, waħda fis-Swieqi u oħra f’San Ġwann. F’San Ġwann ikkonferma li biegħ numru ta’ plots li ttelgħu vilel u qala’ €3 miljun.Aqra aktar

Bajda waħda biss ma faqqsitx

Bajda waħda miss ma faqqsitx mill-112 li biedet il-fekruna fil-Ġnejna lura f’Ġunju li għadda. Il-ferħ tal-fekruna faqqsu nhar it-22 ta’ Awwissu li għadda wara xahrejn jiġu mħarsa minn voluntiera tan-Nature Trust u mill-ERA.Aqra aktar

Send this to a friend