familji | One News

Notifiki

Il-PM jipproponi bidla fil-liġi biex ulied adottati jsiru Maltin b’mod awtomatiku

Waqt l-ewwel konferenza Nazzjonali dwar l-adozzjonijiet il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern se jressaq proposta għall-bidla fil-liġi biex ulied adottati jieħdu ċittadinanza Maltija awtomatikament. Preżentament il-ġenituri adottivi jridu jmorru l-Qorti u jiftħu proċess biex jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dawk li jkunu adottaw b’tant imħabba.

“Għalija hija xi ħaġa bla sens li dawn l-ulied ma jiġux stmati bħall-ulied oħra”, saħaq il-Prim Ministru f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. “Dawn it-tfal m’għandhom xejn inqas minn oħrajn, għandhom ikollhom dinjità bla ebda distinzjoni”, qal b’tant emozzjoni l-Prim Ministru. Żied jgħid li b’din l-emenda fil-liġi nnaqqsu skariġġ żejjed wara tant taqtigħ ta’ qalb li l-ġenituri jkunu għaddew minnu. Dr Muscat semma l-għotja ta’ €10,000 li qed jirċievu l-familji li jadottaw.Aqra aktar

Wara l-elezzjoni l-akbar livell ta’ ottimiżmu fost il-familji f’pajjiżna

F’Ġunju l-livell ta’ ottimiżmu fost il-familji f’pajjiżna laħaq l-ogħla rata qatt osservata.

Dan joħroġ mill-istħarriġ li l-Kummisjoni Ewropea ilha tagħmel f’pajjiżna kull xahar minn Jannar 2003.

Filwaqt li ħames snin ilu l-istħarriġ tal-Kummisjoni kien juri livell ta’ pessimizmu qawwi fost il-familji, issa għandna t-tieni l-aqwa rata fiż-Żona Ewro.

Aqra aktar

WEGĦDA: Nifs ġdid lill-familji

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Silvio Parnis u Rosianne Cutajar dalgħodu spjegaw il-ħafna miżuri li twettqu  biex jgħinu familji Maltin u Għadxin, u dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja.

Dawn l-aħħar erba’ snin, il-piżijiet minn fuq il-familji naqsu billi raħsu l-kontijiet, naqsu t-taxxi, daħlu beneriċji ġodda bħaċ-childcare b’xejn.

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista jkabbar l-irwol tan-negozji fis-soċjetà

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet spjega il-proposti tal-Partit Laburista biex in-negozju jkollu rwol akbar fis-soċjetà. Il-Prim Ministru saħaq l-importanza li l-viżjoni ta’ Gvern Laburista mhijiex biss li n-negozji jgawdu minn numru ta’ vantaġġi iżda li n-negozju jkabbar is-sehem tiegħu fis-soċjetà fosthom billi n-negozji jdaħlu aktar miżuri favur il-ħaddiema.

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri spjegat kif matul din il-leġiżlatura, Gvern Laburista kien pro-business bi skop dan għaliex illum in-numru ta’ ażjendi kiber b’erba’ darbiet ir-rata taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-investiment dirett barrani żdied b’terz, l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fi 15-il sena L-anqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna u d-depositi tal-familji mal-banek kibru b’41%.

Min-naħa tiegħu, l-kandidat Laburista Aaron Farrugia żied fuq dak li wettaq dan il-Gvern u qal li l-proposti mħabbra huma xhieda li dan il-Gvern aktar minn qatt qabel se jkun favur in-negozju. Sostna li Gvern laburista fl-aħħar erba’ snin assigura li l-ġid jitqassam ma’ kulħadd u li biex negozju jirnexxi jeħtieġ li tkompli ssir ħidma favur il-ħaddiema.

Għalhekk, fil-leġiżlatura li jmiss Gvern Laburista se jerġa jkun pro-business, kif juru dawn il-proposti:

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista jgħin FAMILJI joħorġu mill-faqar jew esklużjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-proposti tal-Partit Laburista għall-familji. Fi kliem il-Prim Ministru dawn il-wegħdi qed jinkludu fil-manifest elettorali wieħed mill-iktar pakketti soċjali b’saħħithom.

Il-wegħdi għandhom l-għan ewlieni li aktar nies ikunu inċentivati biex joħorġu jaħdmu. Għalhekk, se jkun qed ikompli jonqos il-faqar permezz ta’ aktar miżuri li jkomplu fuq dak li diġà sar tul dawn l-aħħar erba’ snin.

Dan jista’ jsir biss, spjega l-Prim Ministru, mhux bi kliem iżda b’miżuri. Miżuri li fost oħrajn se jassiguraw li ebda tifel jew tifla ma jkunu qed jgħixu fil-faqar.

Aqra aktar

JONQSU KWAŻI BIN-NOFS IL-PERSUNI FUQ IL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI

Il-Ministru Michael Farrugia llum ħabbar aktar tnaqqis ta’ nies minn fuq il-benefiċċji soċjali.

Dan ifisser illi il-politika ta’ making work pay li qed iħaddan dan il-Gvern qed taħdem u tħalli ir-riżultati mixtieqa.

Il-Ministru semma informazzjoni li nġabret mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tul Marzu ta’ din is-sena. L-informazzjoni tkopri l-aħħar erba’ snin.

In-numru ta’ persuni fuq l-assistenza soċjali sal-31 ta’ Diċembru 2012 kien 17,727,  u 5,762 minnhom kienu jirċievu il-benefiċċju tal-qgħad.

Dan in-numru naqas għal 9,250 sal-11 ta’ Marzu 2017, fejn 1,210 minnhom jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad.

Dan iffisser illi mill-ewwel ta’ Jannar 2013 u l-11 ta’ Marzu 2017 (xahar ilu) kien hemm tnaqqis ta’ 8,477 persuna minn fuq l-assistenza soċjali.

Dan ifisser tnaqqis ta’ 47.8%, kważi bin-nofs.

Aqra aktar

Iċ-ċentri LEAP jipprovdu ikel lil 3,800 familja

  • 3,800 FAMILJA U 8,293 PROFIL MAL-LEAP

Iċ-Ċentri Leap imqassmin madwar Malta u Għawdex qed jipprovdu ikel lil madwar 3,800 familja filwaqt li jħarsu mill-qrib lejn is-sitwazzjoni ta’ 8,293 persuna. Dan bil-għan li jgħinu lil varjetà ta’ persuni jintegraw u jkunu attivi fis-soċjetà u possibilment isibu xogħol.

Steven Vella, Project Leader ta’  Leap, stqarr li t-tqassim tal-ikel jgħin fl-iskop li jintlaħqu familji li għandhom bżonn t’għajnuna materjali. Spjega wkoll kif meta jsir dan it-tqassim, il-persuni jintalbu l-kunsens biex imorru fi djarhom.

Aqra aktar

F’care order għal iktar minn tliet snin

253 tifel u tifla ilhom għal iktar minn tliet snin taħt Ordni ta’ Ħarsien fejn ikunu segwiti minn ħaddiema soċjali mħarrġa li jaħdmu mal-Aġenzija Appoġġ.

Dawn it-tfal ilhom f’din is-sitwazzjoni iktar minn sitta u tletin xahar minħabba li s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom baqgħet ma marritx għall-aħjar.
Aqra aktar

Titjib fil-qagħda ta’ eluf ta’ familji Maltin

Naqsu b’mod konsiderevoli dawk li fi stħarriġ xjentifiku tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika ddeskrivew bħala piż kbir l-ispejjeż relatati mar-residenza tagħhom.

Filwaqt li fl-2012 kienu 56% li ddeskrivew bħala piż sostanzjali spejjeż bħad-dawl u l-ilma jew l-imgħax fuq is-self tad-dar, fl-2015 dan niżel għal 34%.

Bidla li tista’ tkun deskritta bħala titjib fil-qagħda ta’ eluf ta’ familji.
Aqra aktar

Send this to a friend