familja – Page 3 – One News

Notifiki

Milied ‘il bogħod mill-familja

Il-Milied, għandu tifsira differenti għal kull wieħed u waħda minnha. Għal xi wħud ifisser ikla mal-familjari, għal oħrajn iġib memorji koroh jekk ikunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom f’dan iż-żmien filwaqt li għal oħrajn ifisser aktar ħidma u xogħol.

Aqra aktar

Minn għada jkompli t-taħriġ lill-ħaddiema biex tingħata għajnuna lill-familji fil-komunità

Il-Gvern beda jingaġġa numru ta’ professjonisti biex jifformaw timijiet multidixxiplinarji magħmula minn ħaddiema soċjali, terapisti tal-familja, councillors , psikologisti u psikoterapisti,  biex jissaħħaħ is-servizz fil-komunità fost famiji li għandhom bżonn din l-għajnuna.

Wara li xi ġimgħat ilu inġiebu Malta specjalisti mill-Università Amerikana ta’ Seattle biex iħarrgu lil dawn l-istess ħaddiema fi programm ibażżat fuq evidenza xjentifika, ‘The Incredible Years Positive Parenting’, il-bierah regghu waslu Malta dawn l-istess professjonisti biex ikomplu jħarrġu il-ħaddiema f’livell avvanzat.

Aqra aktar

Il-Gvern fil-process ta’ tender biex 41,000 persuna oħra jingħataw għajnuna permezz tal-ikel

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-ċentru Leap tal-Birgu, il-Minsitru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellem dwar is-servizzi li jingħataw minn ġewwa il-LEAP centres. Qal li meta wieħed jitkellem dwar faqar irid iżommu f’moħħu li l-faqar materjali mhux ġej biss minn nuqqas ta’ flus biex wiehħd jixtri il-bżonnijiet neċessarji.

“Għalhekk” żied jgħid il-Ministru Farrigua “meta ġejna għat-tqassim tal-ikel tal-Ewropa, jew kif inhu iktar magħruf bhala FEAD, rajna li mhux biss inqassmu l-ikel imma meta dawn il-persuni jiġbru il-kaxxi ta’ l-ikel nibdew noffrulhom servizz ta’ social mentor biex ikunu jistgħu jgħinuhom u jigwidawhom fi bżonnijiet oħra soċjali li dawn il-familji jista’ jkollhom”.

Aqra aktar

Vodafone b’miżuri favur il-familja u n-nisa

Il-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo żaru l-uffiċini tal-Vodafone fi Skyparks Malta. Hawn osservaw u semmgħu l-inizjattivi li ħadet il-Vodafone b’rabta ma’ miżuri favur il-familja u n-nisa. Intqal fost oħrajn kif Vodafone tagħti iżjed ġimgħat ta’ maternity leave lin-nisa.
Aqra aktar

Jinżamm taħt arrest wara li ħebb għal familtu

Tristian Tedesco ta’ dsatax-il sena inżamm fil-kustodja tal-pulizija wara li fil-qorti kien akkuzat li hedded lill-ommu, zijuh u lil nanntu, li attakka u weġġa ħafif lil nanntu u lil zijuh, li għamel danni lill-propjeta ta’ ħaddieħor u kiser il-paċi pubblika nhar is-sbatax ta’ Settembru.
Aqra aktar

Chairperson ġdid għall-Kummisjoni dwar il-Vjolenza Domestika

Joseph Gerada kien maħtur bħala Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika. Dan filwaqt li l-Att dwar il-Vjolenza Domestika se jsir Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika. 
  
Iċ-chairperson ġdid intgħażel fil-kuntest li l-gvern qed jaħdem fuq il-linji tal-kampanja HeForShe tan-Nazzjonijiet Magħquda.  
L-għan tagħha hu li jkun hemm is-sehem tal-irġiel u tas-subien bħala l-aġenti tal-bidla kontra l-inugwaljanzi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, fosthom dawk ġejjin mill-vjolenza fuq in-nisa.

Lejn aktar għaqal, inqas faqar u ħajja aħjar

Il-Ministeru għal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fil-futur qrib ser iniedi politika ġdida, li tkompli tikkumplimenta l-inizjattiva “Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar”.

Dawn huma sensiela ta’ korsijiet li qed jingħataw lil persuni fil-bżonn b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Dawn il-persuni jistgħu jiskbu ħiliet li jwasslu għal stil ta’ ħajja aħjar u b’hekk jindirizza l-faqar.  

Ħabbar dan il-Minsitru Michael Farrugia waqt serata li magħtulha ġew preżentati ċertifikati lil dawk li temmew kors minnhom b’suċċess.  S’issa kienu aktar minn 350 persuna li pparteċipaw, b’etajiet li jvarjaw minn 20 sena sa’ 45 sena.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, li kien preżent għas-serata, fakkar li l-Gvern għandu dmir li titjieb il-kwalita’ tal-ħajja u jridu jkunu l-Kunsilli Lokali li jieħdu azzjoni f’dan ir-rigward.

Il-Ministru Farrugia stqarr li kull persuna trid tkun kapaċi tgħix ħajja indipendenti. Fakkar li m’għadux iż-żmien li x-xogħol tad-dar tieħu ħsiebu l-mara biss u huwa għalhekk li dawn it-tip ta’ korsijiet iħeġġu responsabbilta’ li tinqasam minn kulħadd. Il-Gvern qed joffri childcare b’xejn waqt il-korsijiet, biex in-numru ta’ nies li jipparteċipaw ikompli jiżdied.

 

 

Send this to a friend