familja | One News

Notifiki

“L-agħar ħaġa li setgħet tiġri”- Jitkellmu l-qraba tal-Kanadiż li ngħata l-piena tal-mewt fuq traffikar tad-droga

Il-qraba ta’ Kanadiż li ngħata l-piena tal-mewt fuq traffikar ta’ droga qalu li din kienet l-agħar ħaġa li qatt setgħet tiġrilhom.

Għall-ewwel, Robert Lloyd Schellenberg ingħata sentenza ta’ 15-il sena priġunerija, iżda f’Novembru li għadda qort fiċ-Ċina qalet li din is-sentenza ma kinitx biżżejjed għall-akkuża ta’ traffikar tad-droga.

Id-deċiżjoni mistennija toħloq problemi diplomatiċi bejn il-Kanda u ċ-Ċina.

“Illum bdiet issir ġustizzja ma’ familti u mal-pajjiż” – Joseph Muscat

F’diskors mill-aktar emozzjonanti, fl-istess kamra f’Kastilja fejn fl-20 t’April tas-sena l-oħra kien qal li l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ familtu huma gidba, illum il-Prim Ministru Joseph Muscat, iswed fuq l-abjad irreaġixxa għar-riżultati tal-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, ta’ martu Michelle u ta’ familtu.

Innota li l-akbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna – illum mhijiex biss konfermata iżda hija ċertifikata.

Gidba ċertifikata minn inkjesta ta’ membru tal-ġudikatura mhux magħżul minnu, li jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, u li ħa b’kollox 15-il xahar biex stabbilixxa l-fatti kollha sal-iċken dettall.

Stqarr li kien dispjaċut li martu Michelle ma kinitx miegħu, kif xtaqet tkun, minħabba li tinsab imsiefra b’ konnessjoni ma ħidma fil-volontarjat.

Filwaqt li rringrazzja lil uliedu, Joseph Muscat qalilhom li la ommhom u lanqas missirhom ma huma sejrin il-ħabs. Qalilhom li huwa kburi li hu l-Prim Ministru ta’ Malta u li jittama li jkunu kburin bih daqskemm hu kburi bihom.

Għotja mill-familja Dacoutros lill-Mużew Marittimu

Numru sostanzjali ta’ artefatti li kienu jifformaw parti mill-kollezzjoni personali tal-familja Dacoutros ingħataw lill-Mużew Marittimu mis-Sur John Dacoutros.

Din l-għotja tinkludi iktar minn 50 oġġett li kienu jintużaw fil-kummerċ tal-inbid kif ukoll mill-industrija marittima fil-bidu tas-seklu 20. L-għotja tinkludi diversi btieti tal-injam, fanali tar-ram, u numru ta’ għodod li kienu jintużaw waqt it-tbaħħir. Iżda l-aktar artefatt li jispikka huwa l-mudell tal-injam, Maria Dacutros.

Aqra aktar

Erba’ aħwa Maltin jingħaqdu fuq stazzjoni televiżiv Ingliż

Erba’ aħwa separati minħabba ċirkostanzi f’ħajjithom ingħaqdu mill-ġdid fuq stazzjon televiżiv Ingliż.

Il-passat tagħhom wassal biex tnejn minnhom trabbew hawn Malta, ftit bogħod minn xulxin, imma qatt ma ltaqgħu.

Kien permezz tal-‘Jeremy Kyle Show’ li spjegaw kif l-ewwel li ltaqgħu kien fuq il-programm Malti Tista’ Tkun Int. Li ma kinux jafu hu li kellhom oħt oħra!

Segwi l-filmat.

Aqra aktar

Wegħda PL: “Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom”

“Gvern ġdid immexxi minn Joseph Muscat, tul din il-leġislatura ser ikun qed jagħti lura lill-ħaddiema gradwalment dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa”.

Il-Prim Minsitru u Mexxej Laburista qal li s-suċċess ekonomiku għandu jwassal għal ekonomija li taħdem direttament għall-individwu u għall-familja tiegħu. Spjega li qed nitkellmu dwar medja ta’ bejn erba’ u ħamest’ijiem fis-sena.

Aqra aktar

Wegħda mwettqa għall-ġenituri li jridu jittrasferixxu n-negozju lit-tfal

Ilum tnediet skema li kienet mħabbra fl-aħħar Baġit, jiġifieri t-tnaqqis tal-boll, minn 5% għal 1.5%, għal meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu. Dan għandu jgħin ħafna negozji tal-familja biex jibqgħu mexjin ’il quddiem.

Ħabbru t-tnedija l-Minsitri Chris Cardona u Edward Scicluna.

Il-Ministru Cardona qal li kif ħareġ ċar mir-riċerka u konsultazzjoni pubblika,  is-suċċessjoni tan-negozji tal-familja hija l-aktar proċess ta’ sfida li n-negozji tal-familja jkollhom jgħaddu minnu minħabba li, jekk ma jsirx tajjeb, jista’ jirriżulta t-tmiem tan- negozju tal-familja.

Aqra aktar

Send this to a friend