familja rjali | One News

Notifiki

Nofs l-Ingliżi jridu li l-Prinċep Charles jabdika biex William isir Re wara li tmut Eliżabetta t-Tieni

Kważi nofs iċ-ċittadini Ingliżi jemmnu li l-Prinċep Charles għandu jċedi postu bħala eredi tat-tron Ingliż, u jħalli lill-Prinċep William ikun ir-Re l-ġdid tal-Ingilterra wara l-mewt ta’ Eliżabetta t-Tieni.

Stħarriġ li għamlu l-ġurnali ewlenin f’Londra juru li 46% jridu lid-Duka ta’ Cambridge ikun l-eredi prinċipali tar-Reġina, u qalu li Charles għandu jabdika immedjatament wara l-mewt t’ommu. Jidher li din l-idea hija l-aktar popolari ma’ persuni ta’ bejn it-18 u l-24 sena. 20% biss jemmnu li Camilla, mart Charles, kapaċi tieħu post Eliżabetta t-Tieni fuq it-tron Ingliż.Aqra aktar

Reġgħet!

Issa drajniha. Meghan Markle mhix Dukessa tas-soltu, hija ferm iktar ‘moderna’ u tinżel ħafna iktar għall-livell tas-segwaċi tagħha. Dejjem eleganti, iżżomm ruħha…iżda jekk kellha aptit tgħannqek, ma tħabbilx moħħha wisq dwar protokol irjali!Aqra aktar

Id-Dukessa ta’ Cambridge tirbaħ €50,000 f’danni

Żewġ rivisti Franċiżi ġew ordnati mill-Qorti Franċiża jħallsu mal- €100,000 lill-koppja rjali għad-danni morali wara l-publikazzjoni ta’ ritratti mingħajr ħwejjeġ tad-dukessa ta’ Cambridge ħames snin ilu.

Weħel multa wkoll l-editur u sid tar-rivista Closer. Ir-ritratti msemmija kienu ttieħdu minn fotografi mqabbda minn dan il-magażin waqt li Kate u William kienu qiegħdin fuq vaganza fi Provenza f’residenza privata. Ir-ritratti meħudin mill-bod kienu ġew stampati kemm fuq il-faċċata u kif ukoll fuq il-paġni ta’ ġewwa ta’ din il-pubblikazzjoni lura fl-2012.Aqra aktar

Send this to a friend