Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – One News

Notifiki

Bir-Ritratti: Ma niċħdek qatt – mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona u l-kelliem għall-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami attendew għad-dramm ‘Ma niċħdek qatt’ imtella’ mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u mid-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

Bil-Filmat: Pink Floyd tribute band idoqqu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, flimkien mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, organizza kunċert għar-residenti tal-faċilità permezz ta’ tribute show tal-Pink Floyd. Il-Pink Floyd tribute band daqqet f’pajjiżna l-weekend li għadda u xtaqet li jkollha l-okkażjoni u ttella’ kunċert fil-faċilità fil-ġurnata tal-Ħadd.

F’okkażjoni mhux tas-soltu, ir-residenti segwew dan il-kunċert ta’ mużika u anke kien hemm residenti li ngħataw l-opportunità li jitilgħu on stage u jipparteċipaw flimkien mal-band. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia stqarr li jridu jsiru bidliet sostanzjali fil-faċilità li jinkludu t-tmexxija, is-setturi tar-rijabilitazzjoni u tal-edukazzjoni, kif ukoll aktar enfasi fuq l-aspett kulturali.

Dan flimkien ma’ aktar opportunitajiet ta’ edukazzjoni u rijabilitazzjoni aħjar għar-residenti sabiex kemm jista’ jkun tonqos ir-rata tar-reċidiviżmu.

Mhix problema li l-Awditur Ġenerali jinvestiga

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li ma jsib ebda problema li l-Awditur Ġenerali jinvestiga d-direct order mogħti mill-ministeru tiegħu għal tibdil u installar mill-ġdid ta’ network fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u ċ-ċentru li jilqa’ liż-zgħażagħ sabiex tkun tista’ ssir sorveljanza aħjar taż-żewġ postijiet fejn jinżammu dawk il-persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza.

Nhar it-Tlieta, il-kelliem nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni se titlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga.

Aqra aktar

Jinfetaħ reklutaġġ għal uffiċjali korrettivi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • Reklutaġġ għall-uffiċjali korrettivi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi

Dan huwa l-ewwel reklutaġġ, mil-erba’ reklutaġġi li huma mistennija jinfetħu matul din is-sena fil-Korpi Dixxiplinati, li jfisser reklutaġġ fil-Faċilita’ Korrettiva Kordin, Pulizija, Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili. Dan wara li matul din l-amministrazzjoni, madwar 1,000 persuna diġa ingħataw l-opportunita’ li jibdew karriera f’wieħed minn dawn il-Korpi Dixxiplinati f’pajjiżna bil-għan lis-servizz ipprovdut ikompli jara titjib.

Aqra aktar

Uffiċjali f’Kordin jingħataw rikonoxximent għall-ewwel darba

Għall-ewwel darba, l-uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva qed jiġu rikonoxxuti b’mod formali għal servizz twil u effiċjenti. F’ċerimonja fil-Faċilità, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela u d-Direttur tal-Faċilità Paul Debattista ppreżentaw ċertifikati ta’ rikonoxximent lil disa’ uffiċjali korrettivi li matul is-sena li għaddiet irtiraw bis-servizz tagħhom wara 25 sena jew bl-età tal-irtirar. Il-Ministru għall-Intern iddeskriva ċ-ċerimonja bħala waħda simbolika tal-valur mogħti lix-xogħol fil-qasam korrettiv.

Żewġ uffiċjali korrettivi oħra, Ramon Theuma u Dennis Thorton li għadhom fis-servizz, ġew ippreżentati b’ċertifikati ta’ kommendazzjoni għall-azzjonijiet eżemplari li ħadu waqt li kienu qegħdin barra mill-ħin tax-xogħol tagħhom, u għall-interventi f’waqthom fil-komunità biex il-Pulizija rnexxielha tressaq il-Qorti persuni mixlija b’każijiet ta’ serq fil-lokalitajiet tal-Ħamrun u ta’ Ħal Qormi rispettivament.

Aqra aktar

Sejba ta’ sustanza suspettuża fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

 Illum wara nofsinhar waqt li Uffiċjali Korrettivi kienu qegħdin jagħmlu tfittxijiet fuq oġġetti li kienu qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kellhom suspett fuq par żarbun li kien se jiddaħħal fil-Faċilità. Waqt din it-tfittxija intensiva li saret instab li fil-qiegħ taż-żarbun kien hemm 23 pakkett ta’ sustanza suspettuża li tista’ tkun droga. Fil-fatt irriżulta li kien hemm tliet tipi ta’ sustanzi differenti.

Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija tad-distrett li qed ikomplu bl-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

Resident f’Kordin darab lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella

Illum, għall-ħabta tal-11.30am, uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabu resident mid-Diviżjoni Numru 1 li għamel ħsara lilu nnifsu waqt li kien qiegħed fiċ-ċella tiegħu.

L-uffiċjali korrettivi intervenew minnufih u pprovdew l-ewwel għajnuna medika flimkien mat-teamparamediku. Ir-resident ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Il-Faċilità infurmata li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda kritika. Il-Pulizija ġiet infurmata u qed tinvestiga.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

 

Jibqa l-ħabs GĦAL GĦOMRU

Se jibqa’ għomru l-ħabs David Zerafa, li tliet snin ilu nstab ħati bil-qtil tal-avukat Michael Grech. Dan iddeċidietu llum il-Qorti tal-Appell.

Id-delitt kien seħħ f’Marsalforn f’Mejju 2004, meta l-avukat kien dieħel fl-appartament tiegħu. Zerafa sparalu tir u tah daqqiet ta’ baseball bat.

Zerafa kien tressaq il-Qorti mill-Pulizija wara li kixfuh żewġ priġunieri oħra li kien tkellem magħhom meta kien il-ħabs.

Aqra aktar

15-il sejba suspettuża f’Kordin din is-sena

Mill-ewwel jum ta’ din is-sena  sal-lum kien hemm 15-il każ ta’ sustanza suspettata li hi projbita u li nstabet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jew waqt li kienet qed tiddaħħal fil-Faċilità.

Din ħarġet minn mistoqsija parlamentari li għamel id-deputat nazzjonalista Beppe Fenech Adami lill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru spjega li kull każ ġie riferut lill-Pulizija għall-analiżi tas-sustanza u fejn irriżulta li din kienet droga jew sustanza pprojbita, biex il-Pulizija tieħu l-passi dixxiplinari kontrihom skont il-każ rispettiv.

Send this to a friend