eżamijiet – One News

Notifiki

Eżamijiet ta’ kulleġġ f’Londra tal-ġinekoloġija se jibdew isiru f’Mater Dei minn Ġunju

Minn Ġunju li ġej eżamijiet prestiġġjużi tar-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists se jibdew fl-Isptar Mater Dei. Dawn l-eżamijiet speċjalizzati huma mmirati għal tobba biex jispeċjalizzaw fil-ġinekoloġija. Dan tħabbar waqt żjara li għamlet delegazzjoni mill-istess kulleġġ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Li eżamijiet ta’ dan it-tip isir f’pajjiżna huwa mhux biss ta’ benefiċċju għal tobba Maltin li jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f’pajjiżhom stess, iżda l-Isptar Mater Dei u pajjiżna qegħdin ikomplu jirriafermaw ruħhom bħala ċentru ta’ eċċellenza medika.

Mill-Eżami sal-HW. X’se nibdlu?

Dan l-aħħar smajna dwar it-tneħħija tal-eżami ta’ nofs is-sena u minflok se jibda l-assessjar kontinwu mill-għalliema. Biex nifhmu aħjar dan kollu, il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Dr Frank Fabri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Dan l-aħħar issemma li l-eżami ta’ nofs is-sena se jispiċċa. X’kienet ir-raġuni?

Ir-raġuni hi li rridu ninvestu aktar u nkomplu ngħollu l-valur tat-tagħlim. Aħna mhux sempliċiment se nneħħu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Kieku nagħmlu hekk biss, ma nkunux qed nagħmlu tajjeb, iżda se nkunu qed insaħħu forom varji ta’ assessjar matul is-sena kollha. Ma ninsewx li l-eżami hu forma waħda ta’ assessjar, li jsir fi Frar u f’Ġunju. Li se nagħmlu issa se jkun li l-assessment isir matul is-sena kollha. Mela mhux se nistennew sa Frar biex it-tfal u l-ġenituri jirċievu r-riżultat.Aqra aktar

1,276 student jiksbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC

  • 1,276 studenti li għandhom 18-il sena kisbu ċ-Ċertifikat tal-MATSEC

Din is-sena 4,270 student poġġew għall-eżamijiet tas-sessjonijiet tal-MATSEC ta’ Settembru għal total ta’ 65 suġġett. Minn dawn, 2,754 kandidat għamlu minn tal-inqas eżami wieħed tal-Matrikola.

Dan hekk kif dawk li japplikaw għall-eżamijiet tal-Matrikola għandhom opportunità biex jerġgħu jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru sabiex itejbu l-marka li jkunu kisbu fl-ewwel sessjoni.Aqra aktar

1,400 student kisbu ċ-ċertifikat tal-MATSEC

  • ANALIŻI DETTALJATA TMERI RAPPORT LI ĠABUH BISS WIEĦED MINN TLIETA
  • KWAŻI SUĊĊESS TA’ 50%

Analiżi dettaljata tal-istatistika dwar ir-riżultati tal-MATSEC turi li kienu kważi nofs l-istudenti li pprovaw jiksbu l-kwalifika taċ-ċertifikat tal-MATSEC, biex jidħlu l-Università, li rnexxielhom jagħmlu dan. B’hekk din l-analiżi xxejjen rapport li qal li kienu biss 34%, jew wieħed minn kull tlieta tal-istudenti, li ssodisfaw dawn il-kriterji.

Dario Pirotta Direttur tal-bord tal-MATSEC ikkonferma li “dan ‘il-fatt’  ma joħrogx minn analizi dettaljata tal-istatiska ippreżentata. Din turi li 4019-il  kandidat resqu għall-eżamijiet tal-Matrikola fil-livell Avvanzat u Intermedju. Dan ma jfissirx li kollha resqu għas-sitt suġġetti mitluba biex jikkwalifikaw għaċ-ċertitifikat tal-Matrikola.”

Aqra aktar

Send this to a friend