Ewropa – One News

Notifiki

Twissijiet għal temperaturi għoljin fil-Punent tal-Ewropa

Ħafna mill-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa qed jerġgħu jaffaċjaw temperaturi għoljin, it-tieni mewġa ta’ sħana laħqet il-qofol matul il-jum tal-ħamis. Bosta twissijiet dwar it-temperaturi sħan inħarġu f’diversi pajjiżi. Fi Franza nħarġet twissija fejn it-temperatura f’Pariġi laħqet rekord ta’ 40.6 grad fejn saħħansitra tista’ tilħaq sat-43 grad. Aqra aktar

Sena mill-aqwa għaċ-ċinema fl-Ewropa

L-2018 mistennija tkun sena rekord ta’ persuni li marru ċ-ċinema fl-Ewropa. Studju fl-Ewropa juri li mhux anqas minn 176 miljun persuna għażlu li jaraw film fis-swali taċ-ċinema. Din hija l-ogħla rata mill-1970 s’issa, u żieda ta’ sitt miljun persuna meta mqabbel mal-2017.

Fl-Ewropa, iċ-ċinema mmistennija ddaħħal ftit anqas minn żewġ biljun ewro sal-aħħar ta’ din is-sena.Aqra aktar

L-Air Malta timmira għal rotot ‘il barra mill-Ewropa

Fil-programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd, Paperscan, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi saħaq li l-konnetività ta’ rotot mil-Linja Nazzjonali tal-Ajru Maltija ma’ pajjiżi oħra ser tiżdied.

Mizzi saħaq li għalkemm dan il-pass huwa ferm importanti għat-Turiżmu f’Malta, dan ser jiswa ta’ ġid ukoll għall-Industriji Finanzjarji.Aqra aktar

L-Ewropa u l-Unjoni: Nitgħallmu mill-iżbalji tagħna

Nhar il-11 ta’ Novembru, id-dinja ingħaqdet biex tagħti tislima kemm għal dawk li ġġieldu, kif ukoll għal persuni ordinarji, bħalek u bħali, li tilfu ħajjithom matul il-Gwerer Dinjin.

Xi kultant huwa faċli li wieħed jinsa x’esperjenzaw dawn in-nies, kemm iġġieldu b’saħħa, x’raw, u d-dispjaċir u t-tbatija li kellhom jgħaddu minnhom hekk kif temmew il-gwerer. Hemm mnejn hija diffiċli li wieħed jifhem kif il-mexxejja tal-pajjiżi ġirien setgħu jżommu daqshekk mibgħeda f’qalbhom lejn xulxin.Aqra aktar

“Merkel ma kkontestatx il-perċezzjoni dejjem tikber li d-deċiżjonijiet tal-UE jiddependu mill-Ġermanja” – Alfred Sant

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel ma merietx il-perċezzjoni li dejjem qed tikber li ħafna mid-deċiżjonijiet tal-UE iseħħu jekk taqbel il-Ġermanja. Dr Sant kien qed jirreaġixxi għall-indirizz tal-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew. Il-Kanċilliera Ġermaniża tkellmet dwar il-futur tal-integrazzjoni Ewropea, ipproponiet armata Ewropea u baġit għaż-żona ewro u anki qajmet il-kwistjoni tal-pressjoni tal-immigrazzjoni, li enfasizzat hija problema Ewropea.

Aqra aktar

Disa’ arrestati fuq traffikar ta’ immigranti fl-Ewropa

Ħames spanjoli u erba’ Franċiżi ġew arrestati wara li investigazzjoni kixfet li  jagħmlu parti minn organizzazzjoni kriminali responsabbli bi traffikar tal-bnedmin mill-Palestina għall-Ewropa ta’ fuq.

L-arresti saru wara operazzjoni bl-isem “Operation Safar” mill-Awtoritajiet Spanjoli u Franċiżi konġunta mal-Europol.Aqra aktar

Send this to a friend