ewro | One News

Notifiki

L-Ewro: proġett politiku li għenet fil-kriżi ekonomika

L-ewro nħolqot bħala proġett politiku u għadu hekk sal-lum, fatt li għen sabiex fi żmien ta’ kriżi ekonomika nstabu soluzzjonijiet malajr.

Qal dan l-ewroparlamentari Laburista Alfred Sant waqt laqgħa pubbliku dwar l-aħħar żviluppi fl-għoxrin anniversarju tal-ħolqien tal-munita unika.Aqra aktar

L-ewro tagħlaq 20 sena

L-ewro. Il-munita uffiċjali ta’ 19 minn 28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala ż-żona ewro. L-ewro hija t-tieni l-akbar munita fid-dinja llum il-ġurnata, wara d-dollaru Amerikan. Munita li fl-1 ta’ Jannar tagħlaq 20 sena mit-tnedija tagħha.

Huwa stmat li 343 miljun ċittadin Ewropew uża l-ewro kuljum tul l-2018.Aqra aktar

F’Malta naqas il-faqar u fiż-żona Ewro żdied

Pubblikazzjoni tal-Bank Ċentrali magħrufa bħala quarterly review tinkludi rapport estensiv fuq l-aħħar żviluppi fir-rata ta’ faqar u esklużjoni soċjali f’pajjiżna. Dan ir-rapport janalizza bir-reqqa statistika Ewropea li tinġabar kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq il-livell tal-għajxien fost il-familji f’pajjiżna.

Aqra aktar

Għaxar snin mid-dħul tal-Ewro f’Malta

Għaxar snin ilu l-poplu malti beda jagħmel użu mill-munita ewro.

Għaxar snin minn meta Malta issieħbet fiż-żona ewro,  ġiet organizzata konferenza mill-Malta Institute Managment dwar din il-bidla fil-munita nazzjonali ta’ pajjiżna.

Politiċi u esperti qasmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-għaxar snin minn meta Malta addottat l-munita ewro, u l-futur ta’ din l-munita.

Il-Konferenza kienet indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat li sejjaħ iż-Żona Ewro bħala proġett politiku.

Aqra aktar

Jinstab ħati li ffroda eluf ta’ ewro

Il-Maġistrat Joe Mifsud poġġa lil Michael Camilleri, ta’ 34 sena fuq probation għal erba’ snin, ordnalu li jsegwi programm kontra l-vizzju ta’ droga u taħ trattament għal tliet snin wara li nstab ħati li ffroda persuna oħra.

Fl-elfejn u tnax Michael Camilleri kien arrestat mill-Pulizija wara li sar rapport mill-vitma, Paul Mangion, li kien ġie ffrodat €140,500.Dan wara li l-vitma kien ftiehem mal-akkużat sabiex flimkien jiffalsifikaw xi flus.

Aqra aktar

Ipprova jiġbed €41,000 minkejja l-ordni ta’ ffriżar

L-Impjegat ta’ Identity Malta li hu mixli b’ misappropriazzjoni ta’ iktar minn €20,000 tal-entita, frodi u falsifikazzjoni ta’ dokumenti ċaħad li pprova jiġbed €41,000 mill-kont bankarju tiegħu qabel ma’ l-bank kien mgħarraf b’ordni ta’ friżar tal-assi tiegħu.
Fis-seba’ ta’ Lulju li għadda, il-Maġistrat Joe Mifsud ta lill-akkużat, Joseph Calleja mill-Mosta, il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li fid-dawl tan-natura tal-akkużi ordna li l-kontijiet tal-bank tiegħu ikunu iffriżati.

Aqra aktar

Rata ta’ tkabbir f’pajjiżna tliet darbiet il-medja taż-żona ewro

 

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta qal li l-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ħareġ il-Quarterly Review, pubblikazzjoni li tħares lejn l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. Dan ir-rapport jikkonferma l-qagħda eċċellenti tal-ekonomija Maltija,tant li l-Bank Ċentrali jsostni li “this rate of expansion was three times that registered for the euro area as a whole”.

Aqra aktar

Send this to a friend