Evarist Bartolo | One News

Notifiki

Malta tospita konferenza bil-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn edukazzjoni u xogħol

Qed issir ħidma biex  titnaqqas id-differenza bejn it-tagħlim fuq il-bank tal-iskola u d-dinja tax-xogħol. Fil-konferneza STEM High-level Event 2019, li qed issir f’pajjiżna, qed jiġu diskussi d-diffikultajiet tar-riżors uman li jsibu ċertu setturi.

F’Malta, is-settur tat-trasport, huwa fost l-aktar li qed jaffaċċja problemi ta’ nuqqas ta’ professjonisti. Il-konferenza li qed titratta s-suġġetti: tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika, u li fiha qed jieħdu sehem bosta ministri tal-edukazzjoni, kumpaniji privati, għalliema u ċentri tax-xjenza qed tindirizza l-problema komuni madwar l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ta’ nuqqas ta’ ħaddiema bil-ħiliet tal-erba’ suġġetti.Aqra aktar

ARA: X’jaħsbu t-tfal mill-iskola l-ġdida ta’ Marsaskala

Wara li t-tmexxija tal-iskola u l-persunal klerikali bdew joperaw mill-iskola l-ġdida fil-jiem li għaddew, u l-edukaturi ppreparaw il-klassijiet tagħhom, issa kien imiss lill-ewwel mitt student tal-kindergarten iżanżnu l-iskola primarja l-ġdida fil-lokalità ta’ Marsaskala hekk kif fetħet il-bibien tagħha. Mitejn student ieħor ta’ etajiet varji se jiġu rilokati l-gimgħa d-dieħla.

L-istudenti u l-għalliema tagħhom kienu ppreparati sa mill-bidu tas-sena skolastika u għalhekk dan iċ-ċaqliq ma kkawża ebda problema fit-tmexxija tal-iskejjel. B’investiment ta’ €7 miljun, din l-iskola għandha daqs ta’ 6,000 metru kwadru, inkluż parkeġġ għall-karozzi taħt l-art b’daqs ta’ 2,000 metru kwadru.

Din l-iskola se tkun qiegħda tikkumplimenta l-iskola primarja eżistenti fl-istess lokal li se tibqa’ topera. L-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ din l-iskola se ssir matul ix-xahar li ġej.

Kurjużata H20 – ktieb dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru 2018, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol b’kollaborazzjoni mal-Bank HSBC nediet il-ktieb kbir ‘Kurjużata H20’, kitba ta’ Kim Dimech u Dr Tania Muscat, pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. Dan il-ktieb li kien sponsorjat mill-Bank HSBC jisħaq fuq l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend