Eurovision | One News

Notifiki

“Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta’ Michela”- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision

Jidher li ntlaqgħet tajjeb il-kanzunetta li biha l-kantanta Maltija Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ Mejju li ġej f’Tel Aviv tant li f’inqas minn 24 siegħa mindu ġie ppubblikat il-video tal-kazunetta Chameleon, kienu kważi 300,000 ruħ  li rawh fuq you tube.Aqra aktar

Tel Aviv il-belt magħżula biex tilqa’ l-Eurovision 2019

Tel Aviv hija l-belt li se tilqa’ l-Eurovision Song Contest li ġej.

Wara stennija twila ta’ ġimgħat li fihom kienet qed tikber l-inċertezza dwar fejn se jsir il-Eurovision Song Contest, l-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv nhar l-14, is-16 u t-18 ta’ Mejju li ġej.

Kien hemm mistoqsijiet kbar dwar id-data tal-finali tal-Eurovision hekk kif ġimgħa wara, diversi pajjiżi parteċipanti fil-Eurovision se jkunu għaddejin bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Kumitat ġdid għall-fanclub uffiċjali tal-Eurovision f’Malta

Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju 2018, inħatar il-Kumitat il-ġdid ta’ OGAE Malta, il-fanclub uffiċjali tal-Eurovision f’pajjiżna.

Waqt it-tielet laqgħa ġenerali annwali li saret f’lukanda ewlenija f’Buġibba, il-President Adrian Refalo ġie kkonfermat fil-kariga għal dawn is-sentejn li ġejjin. 

Il-President saħaq, “Wara li issa ssaħħew is-sisien tal-klabb, li għal snin twal tħalla mingħajr strutturi, jeħtieġ li issa nimxu ‘l quddiem u jiġu organizzati aktar attivitajiet fuq skala ikbar għall-membri u l-ammiraturi tal-Eurovision.”Aqra aktar

ARA : IL-mument eżatt li Maltija taqbad lil raġel jaqbeż fuq il-palk tal-Eurovision

Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat, persuna minn fost il-pubbliku preżenti fl-arena għall-Eurovision Song Cotest 2018 f’Lisbona fil-Portugal iddeċidiet li tagħti s-salt u titla’ fuq il-palk.

Jidher li kien hemm nuqqas ta’ attenzjoni mis-sigurtà preżenti tant li l-persuna ġriet ġirja mhux ħażin sakemm laħqet waslet sal-kantanta SuRie li rrappreżentat lill-Ingilterra u ħatfitilha l-mikrofonu sakemm inġabret mill-uffiċjali tas-sigurtà.

L-awtriċi JK Rowling faħħret il-mod ta’ kif il-kantanta baqgħet għaddejja qisu ma ġara xejn.

Forsi l-kanzunetta ma rebħitx, imma żgur li l-kantanta ġibdet ammirazzjoni lejha nfisha għall-professjonalità tagħha.

Filmat ta’ Jessica Cachia.

Send this to a friend