eurovision song contest | One News

Notifiki

ARA: “Għaddejt minn ħafna sfidi u fl-aħħar irbaħt” – Netta

Wara li rebħet il-Eurovision Song Contest 2018, Netta indirizzat konferenza tal-aħbarijiet li fiha stqarret kemm għaddiet minn sfidi f’ħajjitha u issa ma tistax temmen li waslet biex tirbaħ il-Eurovision.

ARA r-reazzjoni ta’ Netta:

Sadanittant Malta spiċċat fit-tlettax-il post fit-tieni semi-finali. Christabelle ġiet il-ħames mill-vot tal-ġurija iżda l-aħħar mill-vot tal-pubbliku. Il-kantanta l-oħra Maltija, Jessika li rrappreżentat lil San Marino spiċċat fis-sbatax-il post fl-istess semi-finali ta’ nhar il-Ħamis.

Tgħid għad nirbħuħ il-Eurovision Song Contest?

Ngħiduha kif inhi, Malta kklassifikat viċin ir-rebħ bosta drabi. Huwa fatt li l-Eurovision Song Contest għadu qatt ma ntrebaħ minn pajjiżna imma rridu niftakru li konna viċin 4 darbiet:

Mary Spiteri – It-tielet post fl-1992 bil-kanzunetta Little Child

Chiara Siracusa – It-tielet post fl-1998 – The One That I Love

Ira Losco – It-tieni post fl-2002 – 7th Wonder

Chiara – It-tieni post fl-2005 – Angel

Min jaf…tgħid għad nirbħuħ?

”Ħadt gost ħafna fuq il-palk” – Ara r-reazzjoni ta’ Christabelle wara t-tieni prova

Ftit tal-ħin wara li temmet it-tieni prova tagħha fuq il-palk tal-Eurovision, Christabelle tat l-ewwel kummenti lil ONE News.

Ara r-reazzjoni ta’ Christabelle wara t-tieni prova tagħha f’Lisbona:

Ara t-tieni prova ta’ Christabelle:

Sadanittant kien hemm rimarki mħallta wara t-tieni prova tal-ambaxxatriċi Maltija, bil-kummenti pożittivi spikkaw.

Ara wħud mill-kummenti tal-ġurnalisti barranin dwar l-kanzunetta Maltija:

 

Ara: Isabelle Zammit b’vuċi fina

Ara u isma’ lill-kantanta Isabelle Zammit tinterpreta l-kanuznetta How will I Know.

Zammit ilha fix-xena mużikali minn età żgħira. Rebħet bosta festivals barra minn xtutna fosthom ukoll fir-Rumanija.

Isabelle kienet ukoll finalista fil-Malta Eurovision Song Contest fi drabi diversi.

Christabelle f’Lisbona għall-ġbid tal-kartolina

Christabelle tinsab f’Lisbona sabiex tinġibed il-kartolina li se tintroduċi l-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision Song Contest li ġej.

Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti li bdew jintgħażlu f’pajjiżhom qed imorru fil-kapitali Portugiża, il-belt ospitanti tal-Eurovision 2018.

Permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, Christabelle Borg li kmieni dan ix-xahar kisbet rebħa mpressjonanti fis-selezzjoni Maltija, qalet li qiegħda fil-Portugall.

Fil-jiem li ġejjin, Christabelle mistennija wkoll tirritorna f’Malta u jibda l-ġbid tal-vidjo mużikali ta’ Taboo. Hija mistennija wkoll iddur numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa.

Dan bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni li l-ambaxxatriċi Maltija se tagħmel qabel il-Eurovision.

Claudia Faniello llejla fuq il-palk fi Kiev

Ix-xahar ta’ Mejju ta’ kull sena huwa marbut fost l-oħrajn mal-Eurovision Song Contest.

Din is-sena, għalkemm forsi ma ssemmiex daqs is-soltu minħabba li x-xena politika ddominat l-aħħar jiem ta’ pajjiżna, bla dubju li llejla l-pubbliku Malti u Għawdxi kollu se jkun qed jissaportja lil pajjiżna.

Il-prestazzjoni tal-kanzunetta ‘Breathlessly’ kantata mir-rappreżentanta Maltija Claudia Faniello, se titkanta fir-raba’ post tas-semi finali tal-lejla.

Dan huwa t-tieni semi finali tal-Eurovision, bl-ewwel wieħed sar nhar it-Tlieta li għadda. Matulu intgħażlu għaxar kanzunetti minn tmintax, għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Aqra aktar

ARA HAWN l-ewwel prova ta’ Claudia Faniello f’Kiev

Wara li lbieraħ ir-rappreżentanta Maltija għall-Eurovision Song Contest, Claudia Faniello, ħalliet Malta biex tkompli bil-preparamenti għall-festival f’Kyiv, illum ittellgħet l-ewwel prova tal-kanzunetti li se jieħdu sehem, b’Breathlessly tkun waħda minnhom.

Huma bosta li qasmu l-ħsieb tagħhom fuq il-midja soċjali fejn qalu li leħinha u l-preżenza ta’ Claudia fuq il-palk hi biżżejjed biex issaħħar lil kull min ikun qed isegwi dan l-ispettaklu.

Aqra aktar

Send this to a friend