Eurostat | One News

Notifiki

Malta se tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija li tiġġedded

Sa sentejn oħra, Malta mistennija tilħaq il-miri Ewropej dwar l-enerġija rinovabbli, hekk kif mill-2005 ’l hawn rajna żieda ta’ 7.2% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi li jiġġeddu bħax-xemx. Dan joħroġ minn rapport tal-Eurostat li nnota wkoll żieda ta’ aktar minn 1% fuq l-istess rapport li nħareġ is-sena l-oħra.Aqra aktar

Eurostat: Malta bl-ikbar surplus u bl-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Statistika tal-Eurostati turi li fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet, Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel. Iċ-ċifri juru li Malta rreġistrat l-ogħla tnaqqis fid-dejn b’rata ta’ 3.1 punti perċentwali.

Malta kienet segwita biss mill-Islovenja u l-Kroazja bi tnaqqis ta’ 1.6 punti perċentwali, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka b’1.4 fil-mija, l-Olanda b’1.1 fil-mija u l-Polonja b’punt perċentwali.Aqra aktar

Kważi nofs il-PN fil-Parlament ma ridux it-traħħis tal-kontijiet

12-il deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista minn din il-leġiżlatura kienu wkoll fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali, meta nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2009 kienu vvotaw “bil-qalb” kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni Laburista biex jonqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, anke jekk dakinhar kellhom ukoll il-parir tal-imsieħba soċjali kollha biex jagħmlu dan.

Dan sostnieh il-kandidat Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Josef Caruana.

Aqra aktar

Malta bl-anqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Malta għandha l-inqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri maħruġa mill-Eurostat, propju fil-jum iddedikat lill-persuni b’diżabilità, juru kif minkejja li persuna minn kull erbgħa fl-Ewropa ssofri minn diżabilità fit-tul, din ir-rata f’Malta hija biss ta’ 12%. L-istħarriġ tal-Eurostat sar fuq persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, u jkopri s-sena 2017.Aqra aktar

“Il-Gvern jikkoreġi dak li ħalla l-PN”- il-PL

Il-Partit Nazzjonalista ħalla lill-għalliema għal 25 sena jaqgħu fl-aħħar post fit-tabella ta’ żidiet li ħa ċ-ċivil. Ma tax kashom dakinhar u kien dan il-Gvern li beda jirranġa l-affarijiet.

Il-Partit Laburista qal li l-Gvern beda jikkoreġi dan bi ftehim settorjali li jsaħħaħ il-pagi, kundizzjonijiet u d-dinjità tal-edukaturi. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Baġit li jiskadi – Adrian Delia

Hekk iddeskriva l-Baġit għas-sena 2019 il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Baġit li fi kliemu huwa mimli mizuri kosmetiċi.

Dan huwa s-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, huwa tieni baġit bla taxxi, u t-tielet baġit li qed jimmira għal surplus fil-finanzi pubbliċi.

Aqra aktar

Eurostat: 17,000 ruħ f’Malta ma jibqgħux f’riskju ta’ faqar

Il-Eurostat qal li s-sena li għaddiet, 113-il miljun fruħ fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw 22.5% tal-popolazzjoni Ewropea kienu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Ir-rata f’Malta tal-persuni f’riskju tal-faqar kienet ta’ 19.2% li hija kważi 5% inqas minn kemm kienet fl-2013. Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ ukoll li r-rata f’Malta kienet 3.3% inqas mir-rata medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Konferma: Malta bl-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-U.E.

Informazzjoni li għadha kif ippubblikat il-EUROSTAT turi li bejn April u Ġunju, Malta kellha l-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2018.

Il-EUROSTAT qalet li Malta kellha l-ikbar tkabbir ta’ 1.9%, segwita mill-Estonja u r-Rumanija li raw tkabbir ekonomiku ta’1.4%.

Aqra aktar

Send this to a friend