europol – One News

Notifiki

L-Ewropa fil-mira tat-terroristi

  • Is-sitwazzjoni fl-2016 skont il-Europol

Għal sena oħra l-Unjoni Ewropea reġgħet kienet fil-mira ta’ numru ta’ attakki u theddid terroristiku minn militanti Iżlamiċi, kemm minn gruppi organizzati kif ukoll minn individwi. L-attakki fi Brussell, Nizza u Berlin li saru b’mod biex joqtlu n-nies bl-addoċċ u jweġġgħu kemm jista’ jkun, reġgħu urew il-ħsara li jistgħu jħallu l-militanti Iżlamiċi u l-effett li jridu jwasslu fuq ċittadini Ewropej. Ħsara li jipprovaw jiġġustifikawha billi b’mod selettiv jikkwotaw testi reliġjużi.

Dawn it-tip ta’ militanti, li ħafna drabi jissejħu tal-Jihad, jistgħu jkunu kemm membri tal-Istat Iżlamiku (IS) jew inkella influwenzati mir-retorika u l-ideoloġija. Rapport annwali tal-Europol dwar is-sitwazzjoni tat-terroriżmu fl-Ewropa kkonfermat kif qed ikunu użati firxa kbira ta’ armi. Tant li rajna mill-isplussiv fi Brussell għal vetturi jinstaqu fuq in-nies f’Nizza u Berlin.

Aqra aktar

ATTAKK BLA PREĊEDENT – twissija mill-Europol

Attakki fuq l-internet nhar il-Ġimgħa affetwaw aktar minn 200,000 persuna f’150 pajjiż. Dan wissieħ il-kap tal-Europol Rob Wainwright, għalkemm għad m’hemmx lista ta’ dawn il-pajjiżi. L-agħar li ntlaqtu kienu r-Russja u r-Renju Unit. Wainwright wissa li d-dinja qed taffaċċja theddida li dejjem qed tikber, u hemm possibiltà ta’ aktar attakki simili nhar it-Tnejn li ġej.

Aqra aktar

Pass ’il quddiem għall-ħidma tal-pulizija u għas-sigurtà fl-Ewropa

“L-isfidi li l-Ewropa qed tħabbat wiċċha magħhom illum il-ġurnata fil-qasam tas-sigurtà wasslu biex l-Unjoni Ewropea tikkunsidra mill-ġdid kif taġixxi fil-konfront ta’ tħassib dwar is-sigurtà u fejn għandha tiffoka l-enerġiji tagħha. Għalhekk, id-dħul fis-seħħ ta’ qafas legali ġdid għall-aġenzija tal-UE għall-infurzar tal-liġi, l-Europol, illum mhux biss huwa f’waqtu iżda wkoll kruċjali; huwa tabilħaqq pass ’il quddiem għall-ħidma tal-pulizija u għas-sigurtà fl-Ewropa,” qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela. Huwa kien qed jindirizza lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Europol li ltaqgħu fil-Palazz tal-Granmastru, fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Abela qal li l-Europol għamlet ħafna progress minn mindu nħolqot fl-1998. Tul is-snin, kellha rwol essenzjali biex ressqet lejn xulxin l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE u biex serviet ta’ pont sabiex jitwessgħu l-possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji oħrajn, u partijiet interessati.

Aqra aktar

Iffirmat f’Malta ftehim bejn l-Europol u d-Danimarka

 L-Europol u d-Danimarka ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni operazzjonali u strateġika f’ċerimonja li saret fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, il-Belt Valletta. Permezz ta’ dan il-ftehim, għalkemm m’hijiex membru sħiħ tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-infurzar tal-liġi, id-Danimarka se tkun tista’ taqsam u tiskambja data operazzjonali vitali mal-Europol.

L-iffirmar sar ilbieraħ mid-Direttur tal-Europol, Rob Wainwright, u mid-Direttur tal-Pulizija Nazzjonali Daniża, Svend Larsen, fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela.

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE qed titfa’ enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li s-sigurtà interna tal-Unjoni tissaħħaħ, fost l-oħrajn permezz tat-tisħiħ tal-iskambju u l-ġestjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġi u mill-immaniġġjar tal-fruntieri. F’dan ir-rigward, huwa meqjus bħala importantissimu li jiġu evitati d-diskrepanzi fl-informazzjoni.

Aqra aktar

Tkompli t-tfittxija għar-raġel li prova jwettaq abort… il-mara għadha l-isptar

 

Il-Libjan ta’ 33 sena li huwa fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni tal-pulizija wara li f’dar fis-Swieqi prova jwettaq abort fuq is-sieħba tiegħu ta’ nazzjonalità Marokkina għadu qed jiġi mfittex.

Sfortunatament, l-att kriminali li prova jwettaq l-allegat aggressur jidher li rnexxa, hekk kif l-omm qed tesperjenza kumplikazzjonijiet diffiċli fit-tqala tagħha.

Aqra aktar

Il-każ Capital One għand il-Europol

Il-każ Capital One, fejn jissemma b’mod prominenti l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, se jispiċċa investigat mill-Europol, l-aġenzija Ewropea tal-Infurzar tal-liġi u li tinvestiga l-kriminalità internazzjonali u t-terroriżmu.

Aqra aktar

Send this to a friend