european union – One News

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

“Se jasal jum meta l-Ingilterra jaf terġa’ tirritorna lura fl-UE”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.

“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.

Aqra aktar