Euro 2016 – One News

Notifiki

“L-isbaħ ġurnata ta’ ħajtu”

“Din kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajtu.” Hu meta kelma bħal din tkun ġejja minn fomm omm, bħal Christine Galea, tkun tfisser ħafna.”L-espressjoni tiegħu ta’ ferħ kienet biżżejjed, naħseb qatt ma rajtu daqshekk ferħan lil Karl.”

Aqra aktar

Jittama li Puma ma jagħmlux condoms

L-ebda gowl, iżda erba’ flokijiet mqattgħajn u ballun mifqugħ. L-azzjoni bejn Franza u l-Isvizzera li ntlagħbet Lille l-Ħadd li għadda spiċċat bl-iskor finali ta’ 0-0.

Matul din il-logħba spikkat ir-rabja tal-Isvizzeri għall-materjal tal-flokijiet użat, dan għaliex erba’ mill-istess kits spiċċaw imċartin. Il-winger Xherdan Shaqiri li jilgħab mat-tim Svizzeru instema jgħid: “Nittama li d-ditta Puma ma jipproduċux condoms”

Aqra aktar

Joachim Low jiskuża ruħu

Il-kowċ Ġermaniż skuża ruħu waqt konferenza tal-aħbarijiet għall-affarijiet li għamel waqt il-logħba Ġermanja kontra l-Ukrajna.

F’diversi filmati li xxerdu fuq is-social media u wkoll dirett waqt il-logħba il-kowċ Low jidher jmiss u jħokk il-parti privata tiegħu u wara jxomm idejh. Low stqarr li dan m’ huwa xejn ħlief tensjoni ta’ waqt il-logħba.

Huwa qal li dan isir għax tkun ikkonċentrat fuq il-logħba u jkollu tensjoni għolja ħafna u lanqas biss jinduna li jkun għamel hekk. Joachim Low stqarr li hu ser ikun qed joqgħod attent għall-azzjonijiet tiegħu.

Tgħid ser jirnexxielu jżomm dan il-patt Low?

EURO 2016: Iżjed ġlied bejn il-partitarji

Minn tal-inqas sitta u tletin persuna ġew arrestati f’Lille wara ġurnata ta’ ġlied kontinwu bejn il-pulizija Franċiża u l-partitarji tal-football li qed jattendu għall-Euro elfejn u sittax.

Il-pulizija Franċiża qalet li l-arresti saru matul il-jum tal-Erbgħa u li sittax-il persuna ddaħlu l-isptar għal kura.

L-Erbgħa filgħaxija, pulizija ta’ kontra l-irvelli affrontaw mijiet ta’ partitarji Ingliżi hekk kif ġew sparati flares u baraxxijiet.

Aqra aktar

Il-Gowlkeeper Gabor Kiraly se jikser ir-rekord!

Il-Gowlkeeper magħruf Gabor Kiraly illum se jikser ir-rekord bħala l-ikbar plejer li ser ikun qed jilgħab fil- Kampjonat Ewropej fil-logħba kontra l-Awstrija. Fl-eta’ ta’ 40 sena u xahrejn, huwa ser jikser ir-rekord tal-Ġermaniż Lothar Matthaeus fis-sena 2000.

Dan il-gowlkeeper huwa magħruf għal qalżit sportiv li jilbes, li huwa kien libes l-ewwel darba sabiex jipproteġi saqajh. Minkejja li kien mitlub jibdel il-kulur ta’ dan il-qalżiet bosta drabi, huwa żamm il-kulur oriġinali minħabba li jemmen fis-superstizzjoni.Aqra aktar

Send this to a friend