EU – Page 5 – One News

Notifiki

Il-pubbliku jixtieq li l-Parlament Ewropew jiddiskuti aktar l-ugwaljanza

Il-pubbliku jagħżel l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa bħala l-aktar suġġett li għandu jingħata prijorita’ fil-Parlament Ewropew, bil-maġġoranza jissuġġerixxu li din għandha tiġi aktar diskussa fuq livell Ewropew. Biex ikun hemm ugwaljanza bejn is-sessi jeħtieġ li l-Parlament jindirizza l-paga ugwali, tiffaċilita bejn ix-xogħol u d-doveri tal-familja u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Hekk kif propju mill-illum tissokta l-ħidma fil-Parlament Ewropew, jidher li dan is-suġġett huwa parti mill-aġenda Ewropea u li se nkunu qed naraw proposti leġiżlattivi f’dan ir-rigward.

Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-ħolqien tal-Malta Development Bank

Il-Kummissjoni Ewropea sabet li l-pjanijiet ta’ Malta għall-istabbiliment ta’ bank ta’ żvilupp huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Il-bank se jwettaq attivitajiet mhux kummerċjali sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u biex jappoġġa l-investiment fl-infrastruttura, mingħajr ma jfixkel indebitament il-kompetizzjoni.

F’Lulju 2016, Malta nnotifikat lill-Kummissjoni bil-pjanijiet biex tappoġġa l-ħolqien tal-Malta Development Bank (MDB) b’injezzjoni ta’ kapital ta’ €200 miljun u garanziji u eżenzjonijiet mit-taxxa b’valur ta’ madwar €55 miljun.

Aqra aktar

Il-viżjoni wara Brexit

L-iktar mexxejja Ewropej b’saħħithom tkellmu dwar il-viżjoni tagħhom għal Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi laqa lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u lill-President Franċiż Francois Hollande fil-gżira Ventotene viċin Napli.

Il-mexxejja ltaqgħu hekk kif is-sens ta’ ewroxettiċiżmu fl-Unjoni Ewropea qiegħed dejjem jikber, filwaqt li tibqa għaddejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u dik ekonomika.

Renzi qal li jixtieq jikteb kapitlu għall-futur li jkun iffukat fuq id-difiża komuni, sigurta u tkabbir ekonomiku, speċjalment billi jkun indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Aqra aktar

Kunsill Ewropew Kruċjali

Wara ftit jiem ta’ riflessjoni wara l-vot tar-referendum fir-Renju Unit, li ħasad lill-Ewropa, illum wara nofsinhar il-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu fi Brussel għal Kunsill Ewropew kruċjali.

Aqra aktar

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija toħroġ rebbieħa

Il-ħmistax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar intemmet b’mod spettakolari l-bieraħ filgħaxija, bil-Port il-Kbir fl-isfond.
L-Għaqda tan-Nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq ħarġet rebbieħa din is-sena. Għaqda li ilha mwaqqfa snin twal, tant li hu maħsub li twieldet xi snin wara li ġie mwaqqaf il-każin fl-1873.
Fit-tieni post ġiet l-Għaqda tan-Nar 23 t’April ta’ Ħal Qormi, li din is-sena qed tiċċelebra id-disgħin sena mit-twaqqif tagħha.
Warajhom ġew kompetituri Daniżi bl-isem Hojen and Magic Fyrvaerkeri Aps.
Fi stqarrija l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal huwa impressjonat ħafna bl-istandard tal-festival, li jsir ukoll bħala parti mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u jgħin biex iġib turisti f’pajjiżna f’xhur li mhumiex l-eqqel tas-Sajf.
Fil-festival jipparteċipaw għaqdiet Maltin, Għawdxin u barranin. Infatti l-ispettaklu fil-Port il-Kbir kien organizzat mill-grupp Taljan Pyroemotions u r-rebbieħa tas-sena li għaddiet, l-Għaqda tan-Nar Lourdes tal-Qrendi.

Ritratt ta’ Jeremy Wonnacott – DOI

Send this to a friend