EU – Page 2 – One News

Notifiki

Alfred Sant favur trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni insulari u fil-periferija tal-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan qalu Alfred Sant waqt li ressaq l-emendi tiegħu tar-Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni bħala Shadow Rapporteur għall-S&D fil-Kumitat Ekonomiku u tal-Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON). Dr Sant daħħal emendi dwar il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport, il-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni fid-dinja diġitali, dwar Google, il-liberta` biex aġenti tal-ivvjaġġar ‘online’ ibigħu biljetti tal-ajru bla xkiel, is-separazzjoni ċara tal-poteri tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, u l-kompetizzjoni fis-settur tal-ikel u fl-agrikoltura.

L-Ewroparlamentari esprima s-sodisfazzjon li setturi importanti qed jingħataw rikonoxximent permezz tal-proposti tar-Rapporteur tal-Grupp Politiku ALDE Ramon Tremosa u bl-emendi li ressaq. Ir-rapport mistenni jitla’ għall-vot waqt il-plenarja ta’ Marzu fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Dr Sant qal li l-emendi dwar Google jidhru b’mod prominenti.

“Irridu nitkellmu dwar Google b’mod ċar, b’mod razzjonali. Ma nistgħux ninjorawh għax b’hekk inkunu qegħdin ninjoraw l-iljunfant fil-kamra.”

L-Ewroparlamentari qal li l-aġenziji tal-ivvjaġġar ‘online’ qed jilmentaw li qed jitwarrbu mis-suq anke minħabba li ċerti linji tal-ajru jimponu ħlasijiet addizzjonali għal dawk li ma jibbukkjawx mas-siti tagħhom. Leġiżlazzjoni adattata għandha tevita aġir mhux kompetittiv fid-distribuzzjoni tal-biljetti bl-għan li l-biljetti tal-ajru jkunu orħos għall-vjaġġaturi kollha fl-Ewropa.

Dr Sant qal li d-Direttorat tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni għandu jingħata biżżejjed riżorsi.

“Naqbel li l-Kummissjoni Ewropea tingħata r-riżorsi meħtieġa u jkun hemm separazzjoni stretta u trasparenti bejn id-dipartimenti li jfasslu l-linji gwida, u dawk li jimplimentawhom f’każijiet speċifiċi. Għandna nevitaw sitwazzjonijiet fejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni jkun il-prosekutur, l-imħallef, il-ġurija u dak li jeżegwixxi.”

Dr Sant wera s-sodisfazzjon li permezz t’emendi tiegħu u kompromessi li nksibu mill-S&D il-kwistjoni ta’ diskrepanzi bejn il-prezzijiet tal-ikel offrut lill-konsumatur u dawk li qed jingħataw lill-bdiewa għall-prodotti tagħhom qed tiġi ndirizzata. Min hu dgħajjef għandu jiġi mħares.

Malta tilħaq l-għanijiet tagħha fin-negozjati għall-baġit tal-UE

Id-delegazzjoni ta ‘Malta kienet immexxija mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia, attendiet għal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) imsejħa fi Brussell bħala parti min-negozjati bejn il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew dwar il-Baġit tal-UE tal-2018.

Aqra aktar

WiFi4EU: Skema ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-aċċess tal-internet b’xejn

Daqt tidħol fis-seħħ skema ta’ aċċess għall-punti ta’ WIFI mingħajr ħlas madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-UE se tkun qed tiffinanzja WIFI b’xejn fi spazji li huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali bħall-libreriji, binjiet pubbliċi u sptarijiet.

 

Carlos Zorrinho, rapporteur għal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qal li l-inizjattiva WIFI4EU hija frott ta’ viżjoni politika b’saħħitha li daqt se tkun qed realtà  madwar l-Unjoni Ewropea. Se tkun qed tassigura wkoll li, rrispettivament fejn jgħix jew kemm jaqla’ paga, kull ċittadin Ewropew jibbenefika minn konnettività tal-WIFI ta’ kwalità għolja.

Negozjati Brexit: “Intbagħat sinjal ta’ għaqda bejn is-27 pajjiż membru”

Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha qablu dwar x’attitudni għandha tittieħed fil-konfront tar-Renju Unit. F’kummenti lill-mezzi tax-xandir fi tmiem Kunsill Ewropew fi Brussels li ttratta speċifikament il-Brexit, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa sinifikanti li l-qbil dwar il-linji gwida għan-negozjati mar-Renju Unit sar f’inqas minn kwarta.

Aqra aktar

Qbil unanimu dwar il-linji gwida għan-negozjati dwar Brexit

Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea unanimament qablu fuq il-linji gwida ta’ negozjar għat-taħdidiet ta’ Brexit mar-Renju Unit.

Is-sebgħa u għoxrin mexxejja ħadu inqas minn kwarta biex approvaw dawn il-linji gwida għan-negozjati li kienu nħarġu fil-wieħed u tletin ta’ Marzu mill-President tal-kunsill ewropew, Donald Tusk.

It-taħdidiet mar-Renju Unit mistennija jibdew wara l-elezzjoni ġenerali fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej.

Aqra aktar

Dak li bniha se jerġa’ jitwieled

Forsi l-kelma ‘trattat’ teħodna lura għal żmien il-lezzjonijiet tal-istorja, fejn ħafna minna ftit li xejn konna ninteressaw ruħna. Storikament, trattat huwa sempliċiment ftehim bejn numru ta’ pajjiżi, normalment wara xi kunflitt.

Trattat jista’ jfisser ukoll i-bidu ta’ kapitlu ġdid fl-istorja. Per eżempju, il-famuż trattat ta’ Liżbona, li emenda żewġ trattati qabel biex stabbilixxa l-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.

F’dawn il-jiem qegħdin infakkru it-Trattat ta’ Ruma. Trattat li 60 sena ilu fisser il-bidu ta’ Suq Komuni fost stati Ewropej, u eventwalment il-bidu tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Approvat proġett ta’ Alfred Sant dwar sorsi ta’ enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE

 

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju mressaq mill-MEP Malti Alfred Sant biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea jkunu minn ta’ quddiem biex jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u juru s-soluzzjonijiet tagħhom fuq livell Ewropew. Il-KE ppubblikat l-ewwel rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ ‘Azzjoni Preparatorja’ biex il-gżejjer jibdew jipproduċu l-elettriku tagħhom minn sorsi nodfa u jsiru awtonomi kemm jistgħu fil-provvista tal-enerġija.  Jekk jirnexxi dan il-proġett isir strument permanenti tal-UE. Il-proġett kien propost f’Awwissu li għadda minn Dr Sant bl-appoġġ tal-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula (S&D) u l-Ewroparlamentari Sqalli Michele Giuffrida (S&D).

Aqra aktar

“Se jasal jum meta l-Ingilterra jaf terġa’ tirritorna lura fl-UE”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.

“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.

Aqra aktar

L-Istati Uniti lesta li tikkopera mal-Unjoni Ewropea

Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence għamel żjara fi Brussell fejn iltaqa’ ma’ uffiċjali għoljin tal-UE, fosthom il-kap tal-Politika Barranija Federica Mogherini.

Huwa qal li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump jibqa’ kommess biex jikoopera mal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Send this to a friend