esperti – One News

Notifiki

“Aħjar ħatar il-grupp ta’ esperti qabel!”

Meta ma tibqax sejjer kif int, triq waħda bissa hemm: li tmur lura. Dan qalu l-Ministru Evarist Bartolo li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru Edward Scicluna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Tkellmu dwar il-proposti ta’ Simon Busuttil dwar l-impjieg u l-ekonomija. Il-Ministru Scicluna spjega li t-tħassib tal-poplu hu li l-proposti tant saru bl-addoċċ li hemm riskju kbir li se jinħatt dak li amministrazzjoni Laburista bniet. 

Aqra aktar

RAPPORT: L-IMF jgħid li r-riżultati frott politika tajba

Kien ippubblikat ir-rapport annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF, dwar l-ekonomija ta’ Malta u kien innotat kif ir-riżultati miksuba huma frott il-politika li qed titħaddem fil-pajjiż. Fuq twitter il-Ministru tal-Finanzi reaġixxa ftit minuti wara li kien ippubblikat ir-rapport u qal li dan huwa wieħed mill-aqwa kumplimenti li seta’ jkun hem għat-tmexxija tal-gvern.Aqra aktar

Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta’ qerq li fiha Malta kienet tintuża

Awtoritajiet Ġermaniżi ħadu passi biex iwaqqfu sistema ta’ qerq stramba għall-aħħar li wettqu persuni ta’ twemmin lemin-estrem taħt l-isem Reichsbürger. Permezz ta’ din is-sistema kienu jkunu mhedda uffiċjali Ġermaniżi. Kienet tinvolvi li persuni jirreġistraw multa fl-Istati Uniti u wara, jintbgħatu ittri legali minn avukati privati f’Malta permezz ta’ proċedura skont il-liġi Ewropea.

Il-Gvern Ġermaniż sab koperazzjoni sħiħa mil-awtoritajiet Maltin biex tintemm dik li spiċċat tissejjaħ “Malta scam”, li kienet qed tintuża biex ikunu iffastidjati imħallfin, awtoritajiet Ġermaniżi tal-qorti u politiċi.

Aqra aktar

F’Malta 75 espert jiddiskutu l-ewwel stilel

75 espert internazzjonali fis-software jinsabu Malta din il-ġimgħa biex jiddiskutu dwar l-ikbar radio telescope fid-dinja, li qed jinbena fl-Afrika t’Isfel u fl-Awstralja.

Xjentisti esperti fil-kompjuter, inġiniera u astronomi qed jiddiskutu dan it-teleskopju fl-università l-antika fil-Belt Valletta. It-teleskopju jissejjaħ Square Kilometre Array, SKA fil-qosor, u qed jibena sabiex iwieġeb uħud mill-aktar mistoqisjiet fundamentali dwar l-univers u r-rwol tar-razza umana fih.

Aqra aktar

Send this to a friend