erasmus – One News

Notifiki

L-MPE Marlene Mizzi: Il-baġit għandu jservi biex l-Erasmus+ ikun aċċessibbli għal kulħadd

Id-Deputat Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi saħqet fuq il-bżonn li l-program Erasmus għandu jkun aktar inklussiv u miftuħ biex aktar żgħazagħ ikunu jistgħu jesperjenzaw skambji ta’ tagħlim fl-Ewropa. Hija qalet dan matul id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew “Erasmus: Il-Programm tal-Unjoni għal Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport”.

Aqra aktar

Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+

Kienet organizzata konferenza minn EUPA flimkien ma’ SportMalta u MEUSAC biex l-għaqdiet sportivi japplikaw għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+ ċentralizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Din hija għajnuna biex l-għaqdiet ikunu jistgħu imexxu l-proġetti u ideat tagħhom b’fondi ewropej u anke jingħataw l-opportunità li jkabbru l-esperjenza tagħhom ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li, “l-pjan huwa li jkabbar l-involviment fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-assoċjazzjonijiet sportivi wara li l-fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett qed ikompli jikber.” Grima saħaq li lkoll flimkien jinsabu lesti li jagħtu kull għajnuna li hemm bżonn sabiex l-ammont ta’ applikazzjonijiet ikompli jikber.

Il-programm Erasmus+ fl-isport, li anke wara li Malta fil-Presidenza tagħha kitbet u ġabet l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha għall-European Work Plan for Sport, rat li l-fondi allokati jikbru u l-opportunitajiet jiżdiedu. Proġetti li jvarjaw fl-assistenza minn €60,000 fi proġetti żgħar ta’ kollaborazzjoni sa €400,000 għal proġetti ikbar.

L-intergrità fl-isport, il-ġlieda kontra id-doping, il-governanza tajba, l-intolleranza u id-diskriminazzjoni fl-isport, il-volontarjat u l-inklużjoni soċjali huma t-temi prominenti.

Il-Gvern jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ssir realtà

Il-Malta Motor Sport Federation nidiet illum f’konferenza tal-aħbarijiet, proġett imsejjaħ Future Project  sabiex uffiċċjali lokali jkunu mħarġa professjonalment għal kompetizzjonijiet lokjali u internazzjonali. L-objettiv ta’ dan il-progett huwa li l-uffiċċjali jkunu ċerti minn avvenimenti bi standard ta’ sigurta għoli u fl-istess ħin ikollhom korsijiet rikonoxxuti internazzjonalment. Proġett infinanzjat mill-Unjoni Ewropej permezz tal-programm Erasmus +.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li kien preżenti għal din l-attività qal li korsijiet bħal dawn huma importanti ħafna fi sport fejn is-sigurtà hija fattur determinant. Huwa qal li Malta f’dan l-isport dejjem kisbet riżultati eċċellenti u għalhekk huma importanti li anke l-uffiċċjali ikun jistgħu mhux biss joperaw Malta, izda anke fix-xena internazzjonali.

Huwa semma li l-Gvern issa ser ikompli jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ma tibqax biss pjan iżda issir realtà u qal li il-fażijiet ta’ studju għal din il-ħolma ta’ kull dilettant, issa qed jiġu fi tmiemhom u l-proġett kollhu qed isir realtà, u ghalhekk titwettaq il-wegħda tal-Gvern.

Indirizza ukoll din il-konferenza tal-ahbarijiet Tonio Cini, President tal-MMF.

30 sena ta’ skambji Erasmus

  • Bil-plus iktar opportunitajiet għall-ġejjieni

L-Unjoni Ewropea ċċelebrat it-30 anniversarju tal-programm Erasmus. Biex tfakkar l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ewropea nediet ukoll applikazzjoni mobbli ġdida ta’ Erasmus+. Maħsuba għall-istudenti, għall-istudenti vokazzjonali u għall-parteċipanti fi skambji taż-żgħażagħ, din l-app se tiffaċilita l-esperjenza taż-żgħażagħ f’Erasmus+.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Kull ewro li ninvestu f’Erasmus+ huwa investiment fil-futur — fil-futur taż-żgħażagħ u tal-idea Ewropea tagħna. Ma nistax nimmaġina min l-aktar jistħoqqlu dan l-investiment tagħna jekk mhux dawn il-mexxejja ta’ għada. Filwaqt li qed niċċelebraw il-parteċipazzjoni tad-disa’ miljun persuna, irridu niżguraw li nkunu disa’ darbiet aktar ambizzjużi fir-rigward tal-futur tal-programm Erasmus+.”

Aqra aktar

Proġett favur aktar volontarjat fost iż-żgħażagħ

Qiegħdin ngħixu f’soċjeta fejn il-popolazzjoni globali taż-żgħazagħ qiegħda tiżdied jum wara jum. Illum hawn aktar minn 1.2 biljun żagħżugħ u żagħżugħa madwar id-dinja u għalhekk l-irwol taż-żgħażagħ qatt ma kien iktar importanti.

Matul l-aħħar xhur, numru ta’ żagħżagħ Maltin ipparteċipaw f’proġett bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza fuq il-volontarjat fost iz-żgħażagħ.

Aqra aktar

Send this to a friend