ERA – One News

Notifiki

L-ERA tappella mill-permess ta’ villa fil-Qala

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA appellat id-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward ta’ permess għal villa fil-Qala.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent qal li minkejja l-fatt li l-permess ġie rtirat mill-applikant, l-appell kellu jsir sabiex jitneħħa l-preċedent li nħoloq meta ngħata l-permess.

Il-ministeru nnota wkoll b’sodisfazzjon id-deċiżjonijiet riċenti li ttieħdu mill-Qorti tal-Appell kif ukoll mill-Bord tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew revokati permessi fosthom għall-estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra kif ukoll żvilupp ta’ binja dilapidata li tinsab Wied Għomor.

Il-Ministru Jose Herrera sostna li hemm bżonn li titkompla l-ħidma dwar riforma bżonjuża u radikali tal-policy tal-ODZ, sabiex jitneħħew anomaliji eżistenti f’din il-policy u b’hekk iwassal biex jiġi ssalvagwardjat aktar l-ODZ.

L-ERA tissieħeb fi proġett ta’ riċerka dwar sehem it-teknoloġija fil-ġbir tal-iskart

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, ħabbru li ser jieħdu sehem fi proġett ta’ riċerka minn Interreg Europe bl-isem winpol.

Proġett li l-għan tiegħu huwa li jkompli joħloq kuxjenza fuq is-separazzjoni tal-iskart filwaqt li jgħin jimmotiva l-implimentazzjoni ta’ smart bins u iktar għodod teknoloġiċi relatati mal-ġbir tal-iskart.Aqra aktar

Għid tiegħek dwar speċi aljeni invażivi fl-ambjent ta’ Malta

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, nediet konsultazzjoni pubblika fuq strateġija nazzjonali u kodiċijiet ta’ prattika tajba għall-ġlieda kontra l-ispeċi aljeni invażivi.

L-Awtorità qed ssejjaħ għall-azzjoni kollettiva fil-ġlieda kontra l-ispeċi aljeni invażivi, li huma meqjusa bħala waħda mill-kawżi ewlenin tat-telf talbijodiversità f’ Malta u fid-dinja. L-Awtorità żviluppat u nediet Strateġija Nazzjonali u sett ta’ tmien kodiċijiet ta’ prattika tajba kumplimentari biex jindirizzaw dan l-aspett.Aqra aktar

Send this to a friend