enerġija – One News

Notifiki

Id-dħaħen mill-power stations f’Delimara naqsu bi 3.8% fl-2018

Il-qalba li pajjiżna għamel għall-gass mill-heavy fuel oil qed tkompli twassal għan-nuqqas ta’ emissjonijiet fl-arja b’ċifri tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juru li matul is-sena li għaddiet, id-dħaħen mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku naqsu bi tlieta punt sitta fil-mija meta mqabbel mal-2017.

L-EMISSJONJIET MILL-POWER STATIONS F’MALTA
2018 – TNAQQIS TA’ 3.6%

Iċ-ċifri tal-NSO juru li s-sena li għaddiet il-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta żdiedet bi 2.8 fil-mija u qabżet iż-żewġ miljun u ħames mitt elf megawatt kull siegħa, l-ogħla f’kull żmien.

Kważi tmienja u sittin fil-mija tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Malta fl-2018 kienet iġġenerata mill-power stations, segwita bl-importazzjoni tal-elettriku mill-interconnector b’24.5 fil-mija u sebgħa punt tmienja fil-mija li kienet iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija nadifa.

IL-ĠENERAZZJONI TAL-ELETTRIKU F’MALTA
POWER STATIONS – 67.7% (+19.2%)
INTERCONNECTOR – 24.5% (-29.6%)
ENERĠIJA NADIFA – 7.8% (+15.4%)

L-NSO li ppubblika l-istatistika miġbura mill-Enemalta juru wkoll li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, l-Enemalta esportat l-elettriku fis-suq Ewropew meta f’Settembru tal-2017 u f’Settembru tal-2018, esportat aktar minn 46 elf mega watt hour ta’ elettriku.

Joħroġ ukoll li matul is-sena li għaddiet kompliet tiżdied il-ġenerazzjon tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija nadifa, l-aktar mill-pannelli tax-xemx li żdiedet bi 15.4 fil-mija. Din kienet tfisser ukoll żieda ta’ 165 fil-mija meta mqabbel mal-2014.

L-NSO żied jgħid li l-konsum tal-elettriku jilħaq l-aqwa tiegħu fix-xhur sħan ta’ Lulju u Awwissu.

Cutajar tikkonvinċi fil-Kumitat dwar l-Enerġija

Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) fil-Parlament Ewropew laqa’ numru ta’ proposti tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Josianne Cutajar għal żieda sostanzjali fil-baġit allokat għall-Connecting Europe Facility (CEF) fil-qasam tal-enerġija. Aqra aktar

Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power, biex ikabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina f’dik li hi riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Il-ftehim kien iffirmat waqt żjara li għamel il-Ministru Joe Mizzi fiċ-Ċina, fejn matulha ltaqa’ ma’ Wang Huaming, il-General Manager ta’ Shanghai Electric Power.Aqra aktar

Standard & Poor’s tikkonferma s-sostenibbiltà finanzjarja tal-Enemalta

Analisti tal-aġenzija Standard And Poors affermaw l-isforzi li qed twettaq l-Enemalta biex tipprovdi prezz raġonevoli u sigurtà fil-provvista tal-elettriku waqt li tiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u finanzjarja tas-servizzi tal-elettriku f’Malta. Fl-aħħar analiżi tagħha, l-aġenzija tal-kreditu kkonfermat il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-livell ta’ BB- bi prospetti stabbli. Aqra aktar

Malta se tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija li tiġġedded

Sa sentejn oħra, Malta mistennija tilħaq il-miri Ewropej dwar l-enerġija rinovabbli, hekk kif mill-2005 ’l hawn rajna żieda ta’ 7.2% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi li jiġġeddu bħax-xemx. Dan joħroġ minn rapport tal-Eurostat li nnota wkoll żieda ta’ aktar minn 1% fuq l-istess rapport li nħareġ is-sena l-oħra.Aqra aktar

Malta assigurat proviżjoni importanti biex proġetti tal-enerġija jingħataw prijorità

Malta assigurat proviżjoni importanti ħafna biex jingħataw prijorità dawk il-proġetti tal-enerġija li jgħinu pajjiżi biex ma jibqgħux iżolati mis-sistema tal-Unjoni Ewropea. Din hija aħbar tajba għall-proġett tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija u l-pass li jmiss huwa li dan il-qbil jiġi nnegozjat mal-Parlament Ewropew waqt il-Presidenza Rumena li se tibda f’Jannar li ġej.

Aqra aktar

Send this to a friend