emmanuel macron | One News

Notifiki

Emma Muscat ma’ Rita Ora u Martin Garrix f’Summer Daze

Emma Muscat se tkun waħda mill-kantanti li se joffru spettklu waqt il-festival Summer Daze.

Emma se tkun qed tkanta fl-istess kunċert ma’ Rita Ora u Martin Garrix, nhar l-14 ta’ Awwissu. Fil-15 ta’ Awwissu, Roger Sanchez se jkun fost l-ismijiet kbar li se jkunu hawn Malta għall-istess festival, organizzat mill-MTA.Aqra aktar

Investiment ta’ €2 biljun f’Disneyland

Il-kumpanija Walt Disney se tinvesti żewġ biljun ewro f’Disneyland ta’ Pariġi, fejn se tkun qed tkabbar il-park b’lag u żoni ġodda ddedikati għall-films ta’ Frozen, Star Wars u Marvel.

Il-kap ta’ Disney Robert Iger ħabbar dan wara li ltaqa mal-President Franċiż Emmanuel Macron.

Disney qalet li l-iżvilupp se jkun mifrux fuq diversi snin, bix-xogħol jibda fl-elfejn u wieħed u għoxrin.

Fit-tħabbira, Disnet qalet li l-investiment, l-ikbar wiħed mindu nfetaħ l-istess park, juri l-impenn tal-kumpanija għas-suċċess fit-tul tal-post bħala l-qofol tad-ditta Disney fl-Ewropa.

Send this to a friend