emendi | One News

Notifiki

ARA: Il-Gvern jindirizza problemi ta’ kirjiet antiki b’emendi ġodda

Il-Gvern daħħal fis-seħħ emendi fl-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar sabiex jiġu indirizzati l-problemi tal-kirjiet antiki li ġejjin minn ċnus li kienu wkoll s-suġġett ta’ deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan bil-għan li jinħoloq bilanċ bejn id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ dar residenzjali u dawk tal-kerrej li jkun fi ħtieġa ta’ protezzjoni u b’hekk il-kerrej igawdi b’mod aħjar il-pussess tad-dar residenzjali.Aqra aktar

“Il-Gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb”- Nisa Laburisti dwar l-emenedi fil-liġi tal-IVF

Nisa Laburisti tilqa’ b’sodisfazzjon il-vot kompatt tal-gvern fil-Parlament ilbieraħ favur emendi għall-liġi tal-IVF li se jwasslu biex aktar familji jkollhom it-tfal.

L-Għaqda kienet ilha mill-2015 tikkampanja għall-bidla f’din il-liġi għaliex il-liġi tal-2012 ma kinitx ġusta.

Il-bidla li saret ilbieraħ se tolqot b’mod pożittiv ħafna aktar milli naħsbu  lil dawk li jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet biex jikkonċepixxu.

Hija bidla li taħseb ukoll fil-futur għaliex se tagħti l-opportunità lil uliedna li jista’ jagħti kaz li huma wkoll jiffaċċjaw problemi ta’ infertilità f’ħajjithom bħalma jinsabu għaddejjin bħalissa koppja minn kull sitta f’pajjizna.

“L-infertilità ma tafx uċuh u lanqas sessi, ma tafx irġiel u lanqas nisa. Il-leġiżlazzjoni approvata l-bieraħ hija wahda għas-soċjetà kollha. Il-Gvern wera li Malta huwa pajjiż li jimportah. Jimpurtah mill-familji biex ikollha l-aqwa u l-ahjar trattament mediku f’pajjiżna biex ikun jista’ jkollhom l-ulied. Nisa Laburisti sodisfatta li l-bidliet saru fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura għaliex dan juri kemm il-gvern għandu qalbu tħabbat fil-post it-tajjeb,” qalet Claudette Abela Baldacchino, il-President ta’ Nisa Laburisti.

“Emendi fil-liġi tal-Malti se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali”

Entitajiet ewlenin tal-ilsien Malti juru tħassib tagħhom

B’reazzjoni għal dak li qalu s-sitt entitajiet tal-lingwa Maltija fi ħdan il-Kunsill waqt konferenza, li l-emendi proposti se jfaqqru l-ħidma tal-entitajiet akkademiċi li dejjem ħadu deċiżjonijiet dwar il-lingwa, dan għaliex l-emenda tgħid li l-Kunsill għandu jħaddan tlettax-il membru b’rappreżentati ġodda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni saħaq li dawn l-emendi se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali tal-Malti.

Ġie spjegat li dwar din il-liġi saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa u dettaljata li għaliha kien hemm rispons tajjeb minn kull persuna jew entità li ssottomettiet kritika u suġġerimenti kellha r-rispons tagħha analizzat u kkunsidrat.

Aqra aktar

Il-Liġi tal-Malti: min jaqbel u min ma jaqbilx mal-bidliet proposti

Sitt entitajiet tal-Malti ffirmaw stqarrija b’reazzjoni kontra emendi li ġew proposti mill-Gvern fil-Liġi tal-Malti.

Dawn huma l-Akkademja tal-Malti, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, id-Dipartment tal-Malti fil-Junior College, l-Istitut tal-Lingwistika fl-Università, l-Għaqda tal-Malti fl-Università u l-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi tal-Malti.

Il-kompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se tiġi aġġornata biex jiġu rikonoxxuti u inklużi entitajiet li qed jagħtu kontribut lill-ilsien Malti bil-ħidma tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Is-sitt entitajiet qed jgħidu li l-proposti se jdgħajfu l-Kunsill il-ġdid tal-Malti mill-aspett akkademiku. Jinsistu li għalkemm hija ħaġa tajba li r-rappreżentanza fil-Kunsill kibret b’erba’ membri ġodda, il-proposti tal-Gvern fihom tliet nuqqasijiet. 

Aqra aktar

Send this to a friend