embrijuni | One News

Notifiki

Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa b’mod unanimu approva l-protokoll għall-fertilizzazzjoni addizzjonali

Ilbieraħ il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa b’mod unanimu approva l-protokoll għall-fertilizzazzjoni addizzjonali li se jingħata mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni. Permezz ta’ dan il-protokoll l-Awtorità se jkollha s-setgħa li tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.

Aqra aktar

L-Ispeaker iwieġeb ilmenti dwar petizzjoni online

Fi stqarrija uffiċjali mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia intqal li saret referenza għall-ilmenti li dehru fuq is-social media u fil-ġurnali online permezz ta’ iffirmar ta’ petizzjoni favur il-protezzjoni tal-embrijun li bħalissa tinsab miftuħa għall-firem fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

Aqra aktar

MATER DEI – setgħet saret ħsara f’inkubatur tal-embrijuni

  • Maħtur inkjesta indipendenti

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li aktar kmieni llum ġie mgħarraf bil-possibilità li żviluppat ħsara teknika temporanja f’inkubatur li fih kien hemm embrijuni lesti biex jiġu impjantati fl-ommijiet bħala parti mill-proċess tal-IVF, il-Ministru għas-Saħħa ta’ struzzjonijiet sabiex tissejjaħ inkjesta independenti biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha. Aqra aktar

Hemm żewġ embrijuni friżati f’Mater Dei

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ilbieraħ żvela fil-Parlament li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ embrijuni ffriżati wara li l-omm spiċċat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Meta kien qed jagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta’ Embrijuni, il-Ministru Fearne deher li kien qed jirreferi għal kritika li għamel aktar qabel il-whip tgal-gvern Godfrey Farrugia li wissa lkill-membri parlamentari biex ma jkunux “kompliċi f’delitt” kemm-il darba jbiddlu l-liġi biex ikunu jistgħu jiġu ffriżati l-embrijuni għax dawk li ma jintużawx jispiċċaw jinqatlu.

Il-Ministru Fearne staqsa x’kien jiġri kieku l-omm mietet. Huwa tenna li din ukoll hija problema u qal li “rridu naraw kif insibu s-soluzzjonijiet għalihom”.

Aqra aktar

Suċċess ikbar minn embrijuni friżati

Wara li l-IVF ġie deskritt bħala tama ġdida għal nisa infertili li jixtiequ jsiru ommijiet, studju li sar fl-Amerka juri li hemm tip ta’ trattament tal-IVF li jipprometti iktar suċċess minn oħrajn, speċjalment f’nisa li għandhom kumplikazzjonijiet fl-ovarji.

Studju li kien ippubblikat il-Ġimgħa li juri ċifri li jagħti iktar tama lil nisa infertili. Aqra aktar

Send this to a friend