elezzjonijiet | One News - Part 2

Notifiki

20 ta’ Ġunju: Il-ġurnata tal-elezzjonijiet każwali

  • Elezzjonijiet każwali għal membru parlamentari fil-5, 12, 2, 9, 4, 6, u fit-8 distretti elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali se tkun qed tilqa’ n-nominazzjonijiet tal-kandidati għall-elezzjoni każwali biex jimtlew is-siġġijiet li ġew ċeduti minn Joseph Muscat, Evarist Bartolo, Helena Dalli, Michael Falzon, Chris Fearne, Silvio Schembri, u Edward Scicluna. Dan l-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum.

Aqra aktar

Dalwaqt bidla fir-riħ?

Forsi ftit li xejn qed nagħtu każ, imma fiż-żmien li ġej l-Ewropa tista’ tbiddel id-direzzjoni tagħha. L-għajnejn huma fuq l-Olanda, l-Ġermanja u Franza, tliet pajjiżi li se jkollhom elezzjoni ġenerali b’dik tal-Olanda l-aktar li qed tqajjem interess minħabba l-effett ‘Wilders”.

Wilders, jew aħjar Geerts Wilders huwa l-mexxej tal-partit tal-Ħelsien li qed imexxi ‘l quddiem l-ħsieb populist.  Il-Partit twaqqaf f’mument opportun fiż-żmien meta fix-xenarju politiku tal-Olanda kien hemm vakuum. Anke jekk irnexxielu jmur tajjeb fl-istħarriġ li sar, qed jingħad li se jattira għoxrin fil-mija biss tal-voti.

Aqra aktar

Elezzjonijiet kruċjali fl-2017

Din is-sena it-tliet pajjiżi li kienu minn tal-ewwel li ffurmaw l-Unjoni Ewropeja se jkunu qed jghaddu minn ezami importanti ghall-futur tal-pajjiż.

Fil-Germanja, l-Olanda u Franza se jsiru l-elezzjonijiet li jistgħu jaraw tmexxija ġdida b’impatt ġdid kemm għall-pajjiż u l-Unjoni Ewropeja. Il-Kap tal-Parlament Ewropew f’Malta Peter Agius jgħid li l-Unjoni Ewropeja kapaci tilqa’ għal dawn l-isfidi.

Aqra aktar

Send this to a friend