elezzjoni ġenerali | One News

Notifiki

Il-Partit Laburista rebaħ Għawdex b’51.23%

It-tlettax-il Distrett, jiġifieri id-Distrett ta’ Għawdex intrebaħ mill-Partit Laburista b’51.23%. Dan ifisser li l-Partit Laburista ġab total ta’ 13,233 vot. Fl-2013,  il-Partit Laburista kien ġab 49.10% tal-voti f’dan id-Distrett, jiġifieri f’din l-elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista ġab 922 vot aktar.

Aqra aktar

ELEZZJONI: Numri importanti

F’din l-elezzjoni ġenerali kienu eliġibbli li jivvotaw 333,380 persuna. Fl-aħħar ġurnata li fiha setgħu jinġabru d-dokumenti tal-vot, jiġifieri l-Ħamis f’nofsillejl, kien għad baqa’ 8, 372  persuna li ma ġabrux il-vot tagħhom. Dan jammonta għal 2.4% tal-elettorat. Bl-aktar voti li ma nġabrux kienu mit-tnax-il distrett li huwa magħmul minn Naxxar, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Isegwih kien hemm l-għaxar distrett li jinkludi Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u Gżira fost oħrajn.

Aqra aktar

Għada l-aħħar ġurnata li tista’ tiġbor id-dokument tal-vot

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li, l-Ħamis, l-1 ta’ Ġunju, 2017, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (Ex-Trade Fair Grounds, faċċata tal-ground tal-football) u mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, għall-votanti reġistrati f’Għawdex. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mit-8.00 am sas-2.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl.

Aqra aktar

Informazzjoni dwar l-elezzjoni ġenerali

Fadal tnax-il elf u tliet mitt dokument tal-vot x’jinġabru hekk kif mit-Tnejn bdew jitqassmu miċ-Ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar għall-Maltin, u mill-uffiċċju tal-karti tal-identità fir-Rabat Għawdex għall-Għawdxin. F’kummenti ma’ ONE News, il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt spjega l-aħħar dettalji b’rabta mal-ġbir tal-voti.

Aqra aktar

62 tarbija għand familji Maltin u Għawdxin, grazzi għal-liġi dwar l-IVF

Tnejn u sittin tarbija ġdida llum jinsabu għand familji Maltin, grazzi għall-passi li ħa dan il-Gvern biex jemenda l-liġi dwar l-IVF. Dawn huma ħajjiet ġodda, Maltin ġodda. Huma familji li permezz tax-xjenza għandhom wild. Ilbieraħ fl-Imqabba l-Prim Ministru kkommetti ruħu li mmexxi ‘l quddiem aktar l-avvanzi f’din il-liġi. “Dak id-dover tagħna, ngħinuhom lil dawn in-nies. Permezz tax-xjenza, irridu naħsbu fil-minoranzi” qal Muscat.

Aqra aktar

NOMINA REKORD: Kandidat jikkontesta fuq Malta kollha

Il-Kap ta’ Alleanza Bidla, Ivan Grech Mintoff tefa’ n-nomina għall-elezzjoni ġenerali fuq tnax-il distrett minn tlettax-il distrett. Dan minkejja li wieħed jaħseb li kandidat jista’ jikkontesta fuq żewġ distretti biss. L-Alleanza Bidla għanda ukoll żewġ kandidati li se jikkontestaw fuq il-ħdax-il distrett.

Aqra aktar

Send this to a friend