EgyptAir – One News

Notifiki

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-Egyptair

F’konverżazzjoni rrekordjata abbord it-titjira tal-EgyptAir li ġġarraf fil-baħar Mediterran f’Mejju li għadda, jissemmew nirien fuq l-ajruplan.

Din l-informazzjoni ngħatat minn tim Eġizzjan li qed imexxi l-investigazzjonijiet, għalkemm il-kumitat li qed imexxi l-investigazzjoni uffiċjali qal li għadu kmieni wisq biex jingħad fejn jew għaliex kien hemm xi nirien fuq l-ajruplan.Aqra aktar

Imsewwi r-recorder tat-titjijra tal-EgyptAir li ġġarrfet

Investigaturi Eġizzjani qalu li ssewwa r-recorder tal-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf ix-xahar li għadda. It-tiswija fuq ir-recorder saret fi Franza, wara li sofra diversi ħsarat.

Dalwaqt tibda l-ħidma fuq ir-recorder tal-vuċi li kien hemm fil-kabina tal-Airbus A320. Dan sabiex esperti janalizzaw l-informazzjoni li tista tagħti spjegazzjoni għal x’wassal biex l-ajruplan jiġġarraf.

Aqra aktar

Titjijra EgyptAir: identifikati sinjali minn kaxxa sewda

Ġew identifikati sinjali minn waħda mill-kaxxi s-suwed tal-ajruplan tal-EygptAir li ġġarraf ix-xahar li għadda.

Dan ikkonfermawh investigaturi Franċiżi, għaliex kien il-vapur Franċiż Laplace li identifika dawn is-sinjali waqt tfittxija fil-baħar Mediterran.

Is-sinjali kienu identifikati grazzi għal sistema li tanalizza l-ħsejjes, b’robots li kapaċi jinżlu ta’ 3,000 metru taħt l-ilma.

 

Konferma li ntbagħtu twissijiet mit-titjira tal-Egyptair

Wara li lbieraħ ġie kkonfermat li kien hemm duħħan f’diversi żoni tal-ajruplan tal-Egyptair qabel ma ġġarraf, l-investigaturi Franċiżi kkonfermaw li kien hemm twissijiet ta’ dan qabel mal-ajruplan niżel fil-baħar Mediterran.

It-twissijiet saru l-Ħamis stess qabel mal-kontrallaturi tat-traffiku tal-ajru tilfu l-kuntatt mal-ajruplan. Konsulent għal Flight Global qal li l-informazzjoni miksuba tippreżenta l-bidu ta’ sekwenza ta’ avvenimenti li jistgħu jkunu ta’ tweġiba għal dak li seħħ.

Aqra aktar

EgyptAir: ippublikati ritratti tal-biċċiet

Il-Militar Eġizzjan ħareġ stampi ta’ oġġetti u biċċiet minn oġġetti li nstabu waqt it-tfittxija għall-ajruplan tal-EgyptAir li għeb fuq il-baħar Mediterran. Dawn jinkludu lbies ta’ salvataġġ, partitjiet minn siġġijiet u oġġetti li fuqhom hemm immarkat ċar l-isem tal-linja tal-ajru.

Instabu wkoll partijiet ta’ iġsma u partijiet minn bagalji.

Ritratti: Forzi Armati Eġizzjani

Official Facebook page for the military spokesman of the Egyptian Armed Forces
Official Facebook page for the military spokesman of the Egyptian Armed Forces
Official Facebook page for the military spokesman of the Egyptian Armed Forces

 

 

Iva, le u iva mill-ġdid – instabu fdalijiet tal-Airbus A320

L-ewwel qalu li ntsabu, imbagħad li le, imbagħad li iva.

Fdalijiet mit-titjirja tal-EgpytAir instabu fil-Mediterran, skont konfermi tal-militar Eġizzjan u tal-linja tal-ajru nazzjonali. Dan kien diġa’ rrapportat il-bieraħ filgħaxija, iżda ftit wara ntqal li l-fdalijiet ma kienux tal-Airbus A320 li għeb.

Issa mill-ġdid kien ikkonfermat li nstabu oġġetti minn dan l-ajruplan. It-titjijra kienet fi triqitha minn Pariġi għall-Kajr, b’66 persuna abbord, meta ġġarfet. Dawk li qed jinvestigaw l-avventimenti jemmnu li  ġġarfet minħabba att terroristiku.

Aqra aktar

Send this to a friend