egrant – Page 6 – One News

Notifiki

Min mar mingħajr provi spiċċa tilef

  • SIMON BUSUTTIL GĦARQAN U SKOMDU F’ĦAFNA MILL-ĦINIJIET
  • MAL-ĦIN BUSUTTIL MA BAQAX KOMDU JITKELLEM FUQ IS-SUĠĠETT

Id-dibattitu ta’ Xarabank kien wieħed mistenni. F’mument fejn il-pajjiż kien qed jitkellem dwar l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ Malta, l-isfida diretta li għamel il-Prim Ministru, Joseph Muscat il-Ġimgħa filgħodu ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta li ammiraw kif il-politiku li seta’ deher li jinsab taħt xi ftit ta’ pressjoni għażel li jmur fuq l-istazzjon nazzjonali u jħares f’għajnejn min għamillu l-allegazzjonijiet biex jgħidlu li qed jigdeb.

Il-kważi sagħtejn ta’ dibattitu bidlu kollox. Ħareġ taħt pressjoni, Simon Busuttil, għaliex Malta kollha stenniet li jmur bi prova biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu u ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda, m’għamilx dan. Kien għalhekk li l-Partit Laburista qal f’konferenza tal-aħbarijiet li Simon Busuttil falla l-ikbar test politiku tiegħu sal-lum.

Aqra aktar

Brian Tonna jippubblika dokumenti li juru li Egrant tiegħu

Brian Tonna fi stqarrija xejjen dak li qed tallega Daphne Caruana Galizia. Permezz ta’ stqarrija, preżenta dokumentazzjoni li turi ċar li Egrant hija tiegħu.

Tonna qal li l-kumpanija Egrant tnediet fl-erba’ ta’ Lulju 2013. Spjega li meta tiftaħ kumpanija l-Panama jkollok bżonn żewġ entitajiet jiffirmaw quddiem nutar. Dawn kienu Dubro Limited u Aliator. Fis-disa’ ta’ Lulju waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi, inħarġet share f’isem ATC Administrators Inc. Riżultat ta’ dan, Dubro Limited u Aliator ma baqgħux shareholders tal-korporazzjoni. Isimhom baqa’ jidher fir-reġistru pubbliku iżda ma baqgħux shareholders wara Lulju 2013.Aqra aktar

Busuttil fi stat ta’ paniku… jibqa’ ma jippubblikax prova waħda

Minkejja li issa ilu aktar minn sena għaddej b’kampanja jallega l-affarijiet, sal-llum stess f’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ f’paniku wara d-dibattitu fuq Xarabank, tant li lbieraħ spiċċa biex qal li huwa sekondarju ta’ min hi Egrant. Simon Busuttil baqa’ ma ppubblikax prova waħda, għax dawn il-provi ma jeżistux. Busuttil tant jinsab f’paniku li spiċċa żbalja anke fatti bażiċi.

Aqra aktar

“Il-ħidma tiegħi se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”

 “Wara li ċħadt l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna u tlabt lill-Avukati tiegħi sabiex jinstema’ libell b’urġenza tajt ukoll struzzjonijiet lill-Avukati tiegħi biex ikellmu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tibda inkjesta bil-Maġistrat Inkwerenti. Il-ħidma tiegħi wara llejla se tkompli tissoda għas-snin li ġejjin”.

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq ONE lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

MUSCAT: “GIDBA BĦAL DIN MA NISTAX INĦALLIHA GĦADDEJJA”

  • IL-PRIM MINISTRU U MICHELLE MUSCAT SE JIFTĦU LIBELL FIL-KONFRONT TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat ċaħad bl-aktar mod kategoriku dak li ġie allegat fl-aħħar sigħat minn Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Qal li hu u martu, meta daħlu għall-ħajja politika, għamlu l-inqas ammont possibbli ta’ libelli. Kemm ilu fil-ħajja pubblika għamel biss libell wieħed.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja

Fil-ħin li ġej il-Prim Ministru, Joseph  Muscat, se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

Fl-aħħar ħinijiet Daphne Caruana Galizia u l-midja tal-Partit Nazzjonalista bdew ixerrdu l-qlajja li l-kumpanija Egrant, li hija shelf company ta’ Brian Tonna ta’ Nexia Bt, hija ta’ mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Meta nhar it-Tlieta kien qed jindirizza l-konferenza ġenerali annwali tal-Partit Laburista l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara hekk.

Aqra aktar

Send this to a friend