egrant – Page 5 – One News

Notifiki

“Simon Busuttil huwa imwerwer li toħroġ il-verità” – JM

“Kburi li dan il-Gvern huwa l-ewwel wieħed f’ħafna snin li ma jaħsibx biss fin-nies tal-lum.”

Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista f’attività politika taħt it-tinda fil-Mellieħa. Dan b’referenza għall-qalba tal-gass u l-impjant li se jkun qed ibiddel id-drenaġġ f’ilma.

Il-Prim Ministru spjega d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista. Gvern Nazzjonalista li biddel il-liġi biex ikunu jistgħu jixtru magna li taħdem bil-heavy fuel oil u li minkejja kellu rapporti tekniċi li qalulu li jekk jagħżel lil BWSC se jitfa’ lil Malta f’pajjiż tat-tielet dinja xorta waħda biegħ lil saħħitna għal €20 miljun. Min-naħa l-oħra Gvern Laburista biddel il-powerstation għal waħda li taħdem bil-gass għax mhux biss jaħseb fin-nies ta’ issa izda jaħseb ukoll fil-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Aqra aktar

“Busuttil qed iġebbed, biex dak li ma jridx jisma’, ma jisimgħux”

Il-Ministru Manuel Mallia fakkar li Simon Busuttil kien diġà preżenta rikors simili għal dak preżentat dalgħodu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Mallia fakker li l-inkjesta quddiem il-Maġistrat Aaron Buġeja hija dwar jekk il-kumpanija Egrant għandux x’jaqsam fiha l-Prim Ministru, martu, jew xi ħadd mill-familja tiegħu.

Il-Ministru Mallia spjega li inkjesta hija indaġini li jagħmilha Maġistrat magħżul minn min ikun tal-għassa dik il-ġurnata.

Kien diġà preżentat rikors, fejn Busuttil ried jagħmel allegazzjonijiet oħra li m’għandhomx x’jaqsmu mal-indaġini oriġinali.

Però r-rikors preżentah, u f’dan id-digriet il-Maġistrat Buġeja qallu li ma jistax jisma dan ir-rikors ġdid fl-indaġini li diġà hemm. Jekk il-Maġistrat ma jimxix skont l-artikolu tal-liġi, ikun il-Maġistrat li ma jimxi mal-liġi.

Din hi deċiżjoni kategorika, qal Manuel Mallia. Illum hemm allegazzjoniet li m’għandhom x’jaqsmu ma dak li Aaron Buġeja qed jindaga fl-inkjesta Egrant.

Il-poplu jistaqsi; il-Kap tal-Oppożizzjoni avukat, u għandu avukati jtuh pariri. Jekk Busuttil għadu kif għamel rikors u l-Maġistrat qallu li ma jistax jagħmel kif talbu, mela allura għalfejn reġa’ mar b’rikors simili għat-tieni darba?

“M’għandekx għalfejn tagħmel kors tal-liġi” qal Mallia, biex tagħmel din l-osservazzjoni ta’ sens komun. Qisek għandek sitwazzjoni fejn inti trid iġġebbed, biex dak li ma tridx tisma’, ma tisimgħux.

Biex sad-data tal-elezzjoni, il-poplu ma jkunx ra l-verità.

Aqra aktar

Aġġornat: Rapporti kunfliġġenti dwar l-inkjesta Egrant

Filwaqt li kmieni dalgħodu l-gazzetta Illum irrapportat li l-inkjesta dwar Egrant hija lesta, mezzi tal-media oħra rrapportaw li l-Maġistrat Aaron Bugeja għadu jisma x-xhieda b’rabta ma’ din l-inkjesta u għalhekk jidher li l-inkjesta għadha mhix konkluża.

Dalgħodu anke l-Illum stess ikkonfermat li l-inkjesta mhix għand l-Avukat Ġenerali kif jiġri meta inkjesta tkun konkluża, għalkemm qalet li għandha tagħrif li hi lesta.

Li hu żgur li l-Maġistrat Aaron Bugeja kellu xi smigħ li ħassar u għalhekk dan jista’ jindika li huma iktar korretti r-rapporti li l-inkjesta mhix lesta.

Aqra aktar

Il-PBS iwieġbu lill-PN

Wara li l-Partit Nazzjonalista allegaw fi stqarrija li l-Public Broadcasting Services, iċċensura x-xhieda li ngħatat mill-whistleblower tal-każ ta’ Egrant fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ, il-PBS irrispondew permezz ta’ ittra.

Aqra aktar

SPIĊĊA JIBŻA’ MINN EGRANT

F’konferenza tal-aħbarijiet oħra tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-ġurnalisti minn midja differenti reġgħu staqsew għaliex qed jirrifjuta li jimpenja ruħu li jerfa’ r-responsabbiltà politika u jirriżenja jekk jinstab li dwar il-kumpanija Egrant gideb.

Hu kien mistoqsi dwar dan l-għada li mal-maltatoday l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, iddikjara li hu rrelevanti jekk il-kumpanija Egrant hix tal-Prim Ministru jew martu.

Biex toħroġ il-verità, il-Prim Ministru Joseph Muscat, talab inkjesta maġisterjali u qal li hu jerfa’ r-responsabbilta politika. Iżda Simon Busuttil din l-isfida ma jridx jilqagħha.

Mhux kuntenti b’din ir-risposta, il-ġurnalisti komplew jistaqsu. Fakkruh li dwar din l-allegazzjoni, ħareġ lin-nies jipprotestaw.

Iżda Simon Busuttil ma riedx jaf.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jgħid li Busuttil irid ikun kontabbli dwar Egrant

“Il-kontabilità tgħodd għal kulħadd u mhux għal xi ħadd mod u għal xi ħaddieħor mod ieħor.” Dan kien il-messaġġ tal-Partit Laburista meta tkellem id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona b’reazzjoni għal kif il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ma laqax l-isfida tal-Prim Ministru dwar jekk galadarba jirriżulta li Busuttil gideb u jinstab li m’hemm l-ebda konnessjoni bejn il-Prim Ministru u martu Michelle mal-kumpanija Egrant, Busuttil għandu jirriżenja.

Cardona qal li wieħed ma jistax jieħu persuna li hi involuta fil-politika bis-serjetà, meta l-istess persuna titfa’ akkużi serji u wara tmur tinħeba. Spjega kif jekk jirriżulta li Simon Busuttil gideb fuq il-Prim Ministru u heddu li se jkun qed jitfgħu l-ħabs, dan għandu jerfa’ r-responsabbiltà.

Kompla billi qal li jekk Busuttil mhux lest li jerfa’ din ir-responsabbiltà, dan mhuwiex denju li jkun Prim Ministru.

Busuttil jerġa’ ma jixhidx f’Qorti miftuħa kontra Keith Schembri

Stqarrija miċ-chief of staff tal-Uffiċju tal-Prim Minsitru

Wara iktar minn sena jagħmel akkużi gravi fil-konfront ta’ Keith Schembri, sa din il-ġimgħa stess, il-Kap tal-Oppożizzjoni llum reġa’ għal darb’oħra sab skuża biex ma jixhidx bil-ġurnament f’Qorti miftuħa, fejn ikun jista’ jġib il-provi tal-akkużi li għamel, f’libell li fetaħlu ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Meta l-aħħar li ltaqgħet il-kawża, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li nesa x’qal dwar Keith Schembri. Illum iddeċieda li b’mod konxju u orkestrat isib mod kif jevita li jidher f’Qorti miftuħa. Minflok, għażel li jmur jixhed quddiem Qorti oħra fil-magħluq. Tal-inqas qed jirrikonoxxi li l-inkjesta li fetaħ il-Prim Ministru hija serja, altru milli fażulla kif qal fl-aħħar jiem.

Dan huwa aġir ta’ politiku bla skrupli li jallega u jfajjar bl-addoċċ u meta jiġi għall-ħin tal-prova jara kif jaħrab milli jwieġeb.

 

Kif daħal ħareġ! Filmat ta’ CCTV jitfa’ dawl fuq il-famuża bagalja

Il-Pulizija għandha filmati CCTV li juru lis-sid ta’ Pilatus Bank Sayed Ali Sadr Hasheminejad ħiereġ mis-sala tal-Arrivals fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bl-istess żewġ bagalji li aktar tard fl-istess jum
il-midja tal-Partit Nazzjonalista ħolqot storja dwarhom. Dan il-filmat juri li s-sid ta’ Pilatus ħareġ mill-bank kif daħal u mhux kif ġie allegat mill-Partit Nazzjonalista. Aqra aktar

Send this to a friend