egrant – Page 3 – One News

Notifiki

Il-fabbrikazzjoni tal-Egrant maħsuba biex tkisser l-integrità tal-Prim Ministru- L-MEP Alfred Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant qal li l-mistoqsija etika dwar il-fabbrikazzjoni tal-Egrant tibqa’ kif wieħed jista’ jiġġustifika kampanja ta’ malafama kontra l-Prim Ministru u l-mara tiegħu fuq l-iskala li ġiet addottata, meta fi kwalunkwe każ l-evidenza kienet sa mill-bidu nett nieqsa mis-sustanza. L-allegazzjonijiet qawwija saru biex jimminaw għal kollox l-integrità tal-Prim Ministru u martu, barra milli jesponu lilhom u lil familthom għad-disprezz ġenerali. L-allegazzjonijiet irriżultaw ibbażati fuq l-ebda evidenza, anzi in parti fuq “provi” falsifikati.

Sant qal li s-saga tal-Egrant li għadha tidwi, qajmet għadd ta’ mistoqsijiet ta’ ordni etiku, politiku u legali li jintilfu fis-saħna tal-argumenti mqanqla bejn talanqas tliet naħat. Aqra aktar

Muscat: L-Oppożizzjoni ngħaqdet wara Simon Busuttil

Waqt l-intervista fuq ONE, mitlub jikkummenta dwar il-fatt li l-Maltin għadhom jitkellmu fuq Egrant Joseph Muscat qal li l-ġimgħa li għaddiet tenna li jittiama li l-oppożizzjoni tingħaqad. “Hu l-oppożizzjoni ingħaqdet wara Simon Busuttil. Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni de facto huwa Simon Busuttil. L-oppożizzjoni għamlu għażla li jappoġġjaw lil Simon Busuttl f’dak li jagħmel u jaqblu li ma jerfax ir-responsabbiltà. Bħala fatt Adrian Delia u l-PN għamlu l-gidba tal-Egrant tagħhom,” insista Joseph Muscat.

Aqra aktar

L-imħuħ wara Egrant għandhom jgħibu mix-xena politika – Balzan

“Min għamel żbalji ħoxnin bħal dawn, għandu jkollu d-diċenza u l-umilta’ li jaċċetta li għamel żball u jisparixxi mix-xena politika.”  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS l-editur tal-Malta Today Saviour Balzan:

Meta tagħmel żball oħxon ta’ dan it-tip fejn ma ddaħħalx biss il-familja Muscat imma ddaħħal xena ta’ mibgħeda – nies jgħiru lil xulxin naħseb li għandhom ikollhom l-umilta’ u josfru lil hemm għallinqas mix-xena politika.

Mistoqsi dwar l-inkjesta Maġisterjali fejn mill-eżamijiet li saru mill-Esperti Forensiċi Barranin irriżulta li d-Declarations of Trust kienu ffalsifikati, is-Sur Balzan qal li l-imħuħ wara l-istorja Egrant ħadmu b’mod malizzjuż:

Aqra aktar

ARA: Juncker mhux sorpriż bil-konklużjoni Egrant

M’iniex sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta dwar Egrant

Kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker li mal-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali qal li jħares ‘il quddiem biex ikompli jaħdem mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Wara li l-aħbar li Egrant hija gidba ċċertifikata ġriet mal-erbat irjieħ tad-dinja permezz tal-mezzi tax-xandir, komplew jitkellmu wkoll il-politiċi.

Kelliema għal Juncker żiedet tgħid li l-President tal-Kummissjoni Ewropea iħares ‘il quddiem li jkompli jaħdem mal-ħabib tiegħu, Joseph Muscat.

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej ukoll tkellem ukoll dwar l-inkjesta Egrant u filwaqt li qal li jilqa’ l-inkjesta żied li huwa ta’ tħassib u xokkanti li esperti internazzjonali sabu li kienu ffalsifikati d-dokumenti u l-firem biex sar l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Send this to a friend