eġittu | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru preżenti għal diskussjonijiet fuq l-immigrazzjoni waqt summit fl-Eġittu

“Il-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda.”

Dak kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Kwistjoni li ddominat l-aġenda fit-tieni jum tas-summit storiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Arbija.

Summit li ra l-bidu għal djalogu kostruttv bejn iż-żewġ naħat bi qbil li jerġgħu jiltaqgħu fi Brussell fl-2022.

Preżenti għal dan is-summit f’Sharm El-Sheikh, fl-Eġittu, il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tad-diskussjoni dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u kif din hija sfida komuni bejn il-pajjiżi Arab u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu minkejja li hija sfida komuni, il-Prim Ministru nnota li din il-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda.

“Hemm realiżżazzjoni li l-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda. Hemm pajjiżi Arab li minnhom infushom pajjiżi fejn tasal l-immigrazzjoni mhux minn fejn titlaq.”

Dan hekk kif irid ikun hemm distinzjoni bejn refuġjati u mmigranti.

“Dejjem huwa mportanti li nżommu f’moħħna bejn refuġjat u mmigrant. Persuni li qiegħdin jaħarbu mill-persekuzzjoni ta’ gwerra, ta’ sitwazzjonijiet klimatiċi estremi forsi u persuni li qiegħdin jfittxu ħajja aħjar.”

Filwaqt li nnota l-qbil bejn iż-żewġ naħat, il-Prim Ministru żied jgħid li din hija sitwazzjoni fejn kulħadd irid jirrispetta r-regoli.

“Sitwazzjoni fejn kulħadd jirrispetta r-regoli u ż-żewġ naħat ma jridux jiffacilitaw sitwazzjoni ta’ gruppi kriminali li jinqdew b’din it-traġedja umana.”

Intant fl-istess summit il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk saħaq li huwa biss permezz ta’ qbil u kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat li jistgħu jtellfu u jwaqqfu gruppi kriminali bħal traffikanti tal-umani.

Fis-summit kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, li ħa sehem f’laqgħat bilaterali.

Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr

Żewġ turisti mill-Vjetnam tilfu ħajjithom wara splużjoni li saret fuq karozza tal-linja fil-Kapitali Eġizzjana, il-Kajr. Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-isplużjoni seħħet qrib il-piramidi ta’ Giża, uħud mill-aktar siti popolari mat-turisti fl-Eġittu kollu.

Jidher li l-bomba tpoġġiet biswit ħajt fl-inħawi u ħadet hekk kif karozza tal-linja, li kienet qed iġġorr 14-il turist mill-Vjetnam, għaddiet mill-post.

Fost il-midruba hemm żewġ Eġizzjani, inkluż ix-xufier tal-karozza tal-linja.

45 jingħataw sentenza ta’ mewt fl-Eġittu

L-Eġittu qata’ l-verdett ta’ aktar minn 700 persuna wara protesta paċifika favur fratellanza Musulmana wara li l-President Mohammed Morsi tkeċċa fl-2013. Il-qorti kkonfermat is-sentenzi ta’ mewt ta’ 45 persuna u l-għomor il-ħabs għal 47 persuna oħra, inkluż mexxejja Islamiċi.Aqra aktar

L-Eġittu b’kontrolli akbar fuq l-internet

Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi ffirma liġi ġdida li se tissikka l-kontroll fuq l-internet.

Il-leġislazzjoni fuq is-cybercrime ifisser li s-siti elettroniċi jistgħu ikunu bblokkjati fl-Eġittu jekk ikunu kkunsidrati li joffru theddida lis-sigurta nazzjonali jew l-ekonomija.

Aqra aktar

L-IS jgħidu li kienu huma li wettqu l-attakk fl-Eġittu

L-Istat Islamiku, IS, qal li kien hu l-moħħ wara l-attakk li sar fuq tal-lina li kienet qed iġġorr grupp ta’ Kristjani Koptiki. Attakk li ħalla 29 persuna mejta u 25 persuna midruba lbieraħ.

L-attakk seħħ meta rġiel mgħammda telgħu abbord tal-linja u sparaw fuq in-nies.

Il-funeral tal-vittmi sar fl-istess jum tal-Ġimgħa iżda filgħaxija.

23 persuna maqtula fi sparatura fl-Eġittu

Minn tal-inqas 23 persuna inqatlu u 25 persuna oħra indarbu fi sparatura. Dan wara li persuna sparat tiri fuq tal-linja li kienet qed iġġorr Kristjani Eġizzjani fiċ-ċentru tal-Eġittu

L-inċident seħħ fil-provinċja ta’ Minya, madwar 220km ‘il bogħod mill-kapital ta’ Cairo, dan hekk kif tal-linja kienet sejra fil-Monasteru ta’ San Samwel.

Send this to a friend