Edwin Vassallo – One News

Notifiki

Irid lil Simon Busuttil jibqa’

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo m’għandux l-istess fehma li għandu l-Kap tiegħu Adrian Delia dwar Simon Busuttil.

F’konferenza li għaliha kien hemm preżenti biss ġurnalista ta’ ONE News u cameraperson tan-NET, iddikjara li ma jdejqu xejn li Busuttil jibqa’ parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Vassallo qal “Għalija ma jdejjaqni xejn li Simon Busuttil jibqa’ wieħed mill-Grupp Parlamentari.”

Aqra aktar

Elezzjoni għall-Viċi-Kap kontra x-xewqa ta’ Delia

Iż-żewġ karigi ta’ Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjoanlista se jkunu kkontestati.

Issa li għalqu n-nomini, għall-Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament hemm kandidati David Agius u Edwin Vassallo. Għall-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit hemm Robert Arrigo u Toni Bezzina. Aqra aktar

Edwin Vassallo mhux se jkun ikkastigat

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ qabel li ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni dixxiplinarja fil-konfront tad-deputat Edwin Vassallo li fil-Parlament vvota kontra l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Aqra aktar

Edwin Vassallo ma’ Chris Said wara li wiegħdu free vote

Edwin Vassallo ddikjara l-appoġġ tiegħu għal Chris Said fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara li Said wiegħed favur free vote kull fejn meħtieġ.

“Fuq suġġetti oħra etiċi u morali, nara li jkun hemm diskussjoni wiesgħa fil-partit u fil-kumitati sezzjonali u fil-fergħat kollha tal partit, imbagħad, kull fejn hemm bżonn, nagħti free vote lill-membri Parlamentari Nazzjonalisti,” qal Chris Said.

Aqra aktar

Jappoġġjaw lil Edwin Vassallo

• JGĦIDU LI T-TMEXXIJA M’GĦANDHIEX TIEĦU PASSI KONTRIH

• ISIRU NUMRU TA’ LAQGĦAT BIEX JIKKONTROLLAW IS-SITWAZZJONI

Edwin Vassallo għandu l-appoġġ intern ta’ numru ta’ deputati Nazzjonalisti li anke jekk fil-Parlament ma vvotawx bħalu qed jinsistu li l-Partit Nazzjonalista m’għandux jieħu passi kontra tiegħu minħabba l-vot kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. Id-dibattitu u l-vot kontra l-ugwaljanza fiż-żwieġ ta’ Edwin Vassallo kompla jżid mal-konfużjoni li kienet diġà teżisti fil-Partit Nazzjonalista u fl-aħħar jiem saru numru ta’ laqgħat bil-għan li s-sitwazzjoni tikkalma xi ftit.

Aqra aktar

Edwin Vassallo jgħid li Busuttil falz

Id-deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, reġa’ kien ċar.

Qal li Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit tiegħu, huwa fake, jew aħjar falz.

F’kummenti mat-Times of Malta dwar il-vot tiegħu kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ Edwin Vassallo ma qgħadx idur mal-lewża u reġa’ tenna li jrid vot ħieles.

Appell li fil-Parlament għamlu wkoll Claudio Grech, għalkemm b’mod inqas dirett.

Aqra aktar

DEĊIŻJONI DWAR EDWIN VASSALLO IKTAR TARD

Il-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jieħu deċiżjoni dwar jekk jiddixiplinax lil Edwin Vassallo wara nhar l-Erbgħa meta fil-Parlament jittieħed il-vot dwar fi stadju tat-tielet qari dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. Filwaqt li deputat wara ieħor tal-Partit Nazzjonalista tkellmu kontra din il-liġi fis-sessjoni plenarja tal-parlament, fil-vot ittieħdet deċiżjoni ta’ konvenjenza politika u vvotaw favur. Kien biss Edwin Vassallo li ftit wara li Simon Busuttil qal li mhemmx vot ħieles qam fil-parlament u żamm sod ma’ dak li tkellem dwar u vvota kontra. Mat-Times of Malta kelliem għall-Partit Nazzjonalista ikkonferma li d-deputat mar kontra l-whip tal-partit u din hi xi ħaġa li se tkun ikkunsidrata wara l-vot ta’ nhar l-Erbgħa.

Aqra aktar

FILMAT: Edwin Vassallo jiddikjara vot kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo iddikjara li se jivvota kontra l-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.

“Ladarba din il-liġi hi kwistjoni ta’ kuxjenza jien niddikjara li se nivvota kontra. Jien nerfa’ r-responsabbiltà personali ta’ din id-deċiżjoni,” qal Edwin Vassallo li tenna li din hi għażla ta’ konvinzjoni mhux konvenjenza.

Iktar qabel id-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, qalet li hi ma temminx li bil-liġi dwar l-ugwaljanza fiż-żwieġ se titneħħa Jum l-Omm u ddeskriviet bħala “iblah” lil min jaħseb li jista’ joħroġ b’xi idea hekk.

Din id-dikjarazzjoni ta’ Buttigieg u d-dikjarazzjoni ta’ Edwin Vassallo jkomplu juru l-qasma dwar din il-liġi fil-grupp parlamentari nazzjonalista anke jekk iddikjara li se jivvota favur il-liġi minħabba li fil-kampanja elettorali Simon Busuttil kien qal li l-Partit Nazzjonalista jaqbel ma’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Aqra aktar

Vot ħieles demokrazija vera – Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, ta indikazzjoni ċara li hu fost dawk li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ irid vot ħieles. Ftit sigħat wara li fil-Parlament tkellem dwar kif deputat parlamentari għandu jitħalla jkun onest, xerred artiklu fuq Facebook fejn kien hemm l-aħbar li l-Ġermanja approvat iż- żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Aqra aktar

Send this to a friend