Edward Scicluna | One News

Notifiki

Żieda fid-dħul tal-Gvern għax tkattar ix-xogħol

Il-Ministeru għall-Finanzi mmexxi mill-Ministru Edward Scicluna jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li juru biċ-ċar li fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, id-dħul fil-finanzi tal-istat kompla jikber u jiġġenera ruħu.Aqra aktar

“Malta b’surplus spettakolari u progress ekonomiku sinjifikanti”- Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea

Bi tkabbir ekonomiku li qabeż is-6%, il-Kummissjoni Ewropea qed tħares b’mod pożittiv lejn Malta, u hija sodisfatta bl-attività ekonomika ta’ pajjiżna. Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li Malta għandha tkabbir ekonomiku għoli meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra Ewropej, u tqabbel l-ekonomija ta’ Malta mal-ekonomija taċ-Ċina, li hija waħda mill-akbar ekonomiji fid-dinja.

Iddikjara dan id-Direttur tad-Direttorat tal-Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji fil-Kummissjoni Ewropea, Benjamin Angel. Huwa kien pajjiżna biex jagħti preżentazzjoni dwar ir-rapport ta’ din is-sena dwar Malta. Id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea qal li l-Kummissjoni hija sodisfatta b’pajjizna, għax fi zmien qasir taħt din l-amministrazzjoni, pajjizna mhux biss naqqas l-iżbilanċ iżda rreġistra surplus spettakolari. Aqra aktar

Eurostat: Malta bl-ikbar surplus u bl-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Statistika tal-Eurostati turi li fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet, Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-dejn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel. Iċ-ċifri juru li Malta rreġistrat l-ogħla tnaqqis fid-dejn b’rata ta’ 3.1 punti perċentwali.

Malta kienet segwita biss mill-Islovenja u l-Kroazja bi tnaqqis ta’ 1.6 punti perċentwali, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka b’1.4 fil-mija, l-Olanda b’1.1 fil-mija u l-Polonja b’punt perċentwali.Aqra aktar

ARA: L-Aġenzija Scope tirrikonoxxi l-ħidma tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus

“Meta tikkunsidra li din hija ‘Rating Agency’ Ġermaniża, fejn il-midja Ġermaniża ġiet influwenzata ħafna mill-Politiċi hawn Malta u kien hemm ħafna allegazzjonijiet fil-konfront ta’ pajjiżna, din l-aġenzija tirrikonoxxi r-risposta u l-ħidma tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus” qal dan il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna b’reazzjoni għar-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu Scope Ratings GmBH li għall-ewwel darba tat rating ta’ A+ u stabbli għall-pajjiżna.

Aqra aktar

Għid tiegħek fuq il-baġit mal-Ministru Edward Scicluna

Wieħed għandu ċ-ċans li jsaqsi u jiddiskutu mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fuq il-baġit għas-sena li ġejja li ser jitħabbar fit-22 t’Ottubru. Dan permezz ta’ inizjattiva tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li għat-tieni sena konsekuttiva qed jistidnu liż-żgħażagħ sabiex jifhmu aħjar il-proċess li jsir ta’ kull sena sabiex jinħadem il-baġit. Barra minn hekk, il-membri preżenti għandhom il-possibilta li jippreżentaw il-proposti tagħhom direttament lill-Ministru.

Aqra aktar

Inawgurata l-ewwel Borża ta’ Blockchain f’Malta

Issiġillat il-ftehim bejn żewġ kumpaniji tal-blockchain NEUFUND u OKEX li bejniethom ħolqu kumpanija sussidjarja li ser twaqqaf f’Malta l-ewwel borza tal-blockchain fid-dinja.

Dawn iż-żewġ kumpaniji ser joħolqu kumpanija sussidjarja MSX li ser tkun qed tinvesti fit-teknoloġija tal-blockchain kif ukoll tingħaqad fi sħab ma’ kumpaniji oħra intiżi f’dan is-settur li dejjem qiegħed jikber. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Żewġt uċuħ ta’ De Marco b’rabta mal-ħasil tal-flus… jikxfu l-Ministru Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, żvela l-interess veri tad-deputat Nazzjonalista Mario De Marco fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.

F’artiklu fit-Times of Malta l-Professur Scicluna tkellem fuq ir-rapport tal-European Banking Authority dwar istituzzjonijiet Maltin u spjega fid-dettall il-ħidma tal-gvern Malti kontra l-ħasil ta’ flus u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam. Fil-fatt l-aħħar xhur u snin kienu implimentati bidliet importanti ħafna li l-Ministru Scicluna jispjega f’ċertu dettall.

Peró kien hemm każ li ma kienx magħruf pubblikament li l-Ministru Scicluna għamel referenza għalih.

Mar lura għas-sajf tal-2015 meta ma’ De Marco kien qed jitkellem miegħu fuq emendi għall-att kontra l-ħasil ta’ flus.

Scicluna tkellem dwar kif Mario De Marco, avukat tal-kriminal, kien qed jirrappreżenta lill-oppożizzjoni fil-biċċa xogħol delikata li jkunu emendati l-liġijiet Maltin kontra l-ħasil ta’ flus.

Iżda, f’jum minnhom telaq mgħaġġel minn laqgħa fuq is-suġġett u mar l-Imrieħel fejn għandhom l-uffiċini l-FIAU u l-MFSA.

Dan għamlu biex jhedded istituzzjoni li ftit minuti qabel kien qed jiddiskuti mal-Ministru Scicluna kif suppost għandha tissaħħaħ. De Marco kien qed jiddefendi b’kemm kellu saħħa klijenti bl-isem ta’ Fanplay. Taljani li kienu qed jiffaċjaw akkużi serji ta’ rabtiet ma’ organizazzjonijiet kriminali bħal Ndrangheta u saħansitra kien hemm mandat ta’ arrest ewropew fil-konfront tagħhom. L-istituzzjonijiet Maltin kienu rtirawlhom il-liċenzja u dan minħabba suspetti ta’ ħasil ta’ flus. Peró De Marco kellu l-wiċċ imur jiġġieled u jhedded biex jaqbeż għalihom fl-istess ħin li f’isem il-PN kien mistieden biex jgħin fil-bidliet leġiżlattivi kontra l-ħasil ta’ flus.

De Marco huwa l-istess kelliem tal-PN li qed jitlob għar-riżenja tal-Ministru Edward Scicluna u fl-artiklu tiegħu Scicluna ma joqgħodx lura milli jitkellem dwar din it-talba u jesponi l-ipokrezija tal-kelliema tal-Partit Nazzjonalista. Għax De Marco hu biss wieħed minnhom.

 

Send this to a friend