Edukazzjoni – Page 6 – One News

Notifiki

Ftehim li jaħseb biex itejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti

Il-ftehim milħuq mal-Union tal-Għalliema mexa fuq l-istess parametri u prinċipji li ftehim settorjali oħra mxew fuqhom f’dawn l-aħħar snin. Dan il-ftehim huwa wieħed pożittiv għaliex se jżied l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-edukaturi, jiftaħ toroq ġodda għall-karriera u jsaħħaħ il-pakkett finanzjarju tal-istess edukaturi.

Ta’ min ifakkar li f’dawn l-aħħar għaxra-ħmistax-il sena, taħt gvernijiet Nazzjonalisti, l-għalliema u edukaturi oħra raw żidiet miżerabbli. Tant hu hekk li kienu tħallew fil-qiegħa tal-professjonijiet kollha tal-ħaddiema pubbliċi.

Aqra aktar

Ħidma sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema; Att tal-Edukazzjoni ġdid

Fi stqarrija l-Ministeru għall-edukazzjoni u x-xogħol qal li l-ewwel impenn tal-Gvern hu li jassigura titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema. Dan ġie rifless ukoll fid-diskors tal-baġit ibbażat fuq il-manifest elettorali tal-Gvern.

Il-Gvern u l-union tal-għalliema qegħdin jaħdmu fuq pjan biex dawn il-kundizzjonijiet jitjiebu permezz ta’ negozjati għal ftehim settorali ġdid.Aqra aktar

Iċċelebrat il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żar l-attivitajiet sportivi li għaddejjin fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann fil-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel, bħala inkoraġġiment biex kulħadd jieħu sehem f’aktar attività fiżika u ta’ saħħa aħjar.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-għalliema u qal li t-tfal għandhom ikunu esposti għal attivitajiet diversi li jgħinuhom jibnu ħiliet fiżiċi speċjalment l-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni – il-bażi ta’ kull sport. L-attivitajiet għandhom ikunu attraenti għat-tfal biex ma jarawx l-isport bħala dmir biss imma bħala attività li jieħdu gost jagħmluha. Kienet sfida li jkollok attività sportiva fl-ewwel ġimgħa tas-sena skolastika però, qal is-Segretarju Parlamentari Grima, permezz ta’ din l-attività l-isport ikompli jkun meqjus bħala suġġett importanti fil-kurrikulu skolastiku.

Il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel hu parti mill-kampanja ‘NowWeMove’ li ġiet żviluppata minn konsorzju magħmul minn organizzazzjonijiet Ewropej. Din il-kampanja għandha l-iskop li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri bħala esperjenza ta’ tagħlim tul il-ħajja u biex ikunu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet soċjali fost l-istudenti permezz ta’ diversi logħob u esperjenzi sinifikanti oħrajn.

“Nemmnu li l-iskejjel għandhom ikunu l-punt fokali fejn il-veru valur tal-bażi tal-isport jitwettaq. Għalhekk qegħdin nistiednu lill-iskejjel kollha mhux biss biex jingħaqdu f’din l-attività, imma wkoll biex jieħdu sehem f’dan il-programm sportiv daqstant dinamiku li qed norganizzaw matul din il-ġurnata”, qal il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar.

L-organizzaturi tal-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel taw ukoll ideat ġodda lill-għalliema u lill-istudenti biex ikunu jistgħu jippjanaw u jħejju l-programm sportiv rispettiv tagħhom ’il barra mill-klassijiet tal-iskola, bl-iskop aħħari li f’din l-attività jkun hemm kemm jista’ jkun parteċipazzjoni possibbli.

13,000 b’esperjenza mill-isbaħ fi Skola

Il-proġett Skolasajf li beda fis-17 ta’ Lulju qiegħed joqrob lejn it-tmiem tiegħu fis-7 ta’ Settembru. Fil-verità x-xogħol fuq dan il-proġett beda minn Jannar minħabba l-preparamenti kbar li jsiru għalihĠew ipproċessati fuq 3,000 applikazzjoni min-nies biex jaħdmu fi Skolasajf. It-tim tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi fl-uffiċċju ċentrali ħadem qatigħ bis-Sibtijiet b’kollox biex fis-17 ta’ Lulju kien hemm in-nies lesti fiċ-ċentri biex jilqgħu lit-tfal.

Aqra aktar

11,000 tifel u tifla madwar Malta u Għawdex se jagħmlu l-istess ħaġa

Eluf ta’ tfal se jattendu SkolaSajf din is-sena. Skola ta’ attivitajiet divertenti għal dawk bejn it-tlieta u s-sittax-il sena. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Il-programm ta’ din is-sena huwa maħsub sew u bilanċjat, bit-tema ‘Edukazzjoni Għal Kulħadd’.

Spjegatilna aktar Josette Fiott, CEO Designate tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi Edukattivi. Aqra aktar

Biex studenti jagħżlu tajjeb

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jiftaħ il-bibien tal-avveniment ‘I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi’ għat-tielet sena konsekuttiva f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

Din hi opportunità eċċellenti biex l-istudenti jattendu għal dan l-avveniment u jiksbu għarfien adegwat dwar korsijiet differenti li jistgħu jsegwu wara l-edukazzjoni obbligatorja. Dan l-avveniment hu mmirat lejn studenti tas-Sena 10 (Form 4), tas-Sena 11 (Form 5) u lejn studenti postsekondarji li fil-ġejjieni qarib se jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet kritiċi dwar il-karrieri futuri tagħhom, iżda hu miftuħ ukoll għal kull min jixtieq jikseb informazzjoni dwar tipi differenti ta’ edukazzjoni li jwasslu għal karrieri b’mod wiesgħa.

Aqra aktar

L-iskola Sekondarja ta’ Pembroke toħroġ rebbieħa

Studenti tat-tieni sena mill-iskola Sekondarja ta’ Pembroke tal-kulleġġ Santa Klara, għadhom kif rebħu Ekoteenz kwizz li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Il-kwizz kien mifrux fuq tlettax–il ġimgħa u fih ħadu sehem 16-il skola medja u sekondarja. It-tim tal-iskola sekondarja kien magħmul minn Kyle Borg, Nathan Spiteri Hogan u Beatrice Mizzi.

Il-mistoqsijiet tal-kwizz kienu fuq temi ta’ żvilupp sostennibli. Dan il-kwizz kien imtella’ minn YRE Malta u l-iskola ingħatat €300 li kienu sponsorjati mill-HSBC programme Catch The Drop li ser jintużaw għal proġett għal konservazzjoni tal-ilma fl-iskola, filwaqt l-istudenti ingħataw billow tablet kull wieħed.

Dawk bl-inqas edukazzjoni u bla xogħol l-iktar li jilagħbu

L-iktar persuni li x’aktarx jilagħbuhom huma dawk b’livell sekondarju jew inqas ta’ edukazzjoni u dawk li mhux attivi fis-suq tax-xogħol. Stħarriġ ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa dwar il-logħob f’pajjiżna wera wkoll li huma dawk fl-età ta’ 45 sena jew iktar l-iktar li hemm ċans li jonfqu fuq il-logħob u l-qofol jintlaħaq meta tinqabeż l-età ta’ 60 sena.

56% tal-popolazzjoni Maltija minn 18–il sena ’il fuq tilgħab u dawn il-karatteristiċi m’għandhomx jitqiesu bħala l-uniċi ta’ min jilgħab f’pajjiżna. Id-differenza enormi imbagħad tidher fit-tip ta’ logħob li jintlagħab. Filwaqt li dawk iżgħar fl-età (18-24) għandhom it-tendenza jmorru għal remote gaming u casino, hemm iktar bilanċ fost dawk fl-etajiet ta’ bejn 25 u 44 sena.

Aqra aktar

Send this to a friend