Edukazzjoni – Page 5 – One News

Notifiki

WASAL BIEX JIBDA L-KURRIKULU L-ĠDID

Settembru li ġej mhux biss se jkun ifisser sena skolastika ġdida iżda se jkun ifisser ukoll kurrikulu ġdid għall-istudenti fi tliet snin partikolari. Dan hekk kif wara snin ta’ tħejjija u konsultazzjoni issa wasal iż-żmien li dak imfassal jibda jidħol fil-prattika bil-għan li l-istudenti jibda jkollhom esperjenza ta’ tagħlim iktar kompleta bil-mira li iktar tfal jirnexxu.

Aqra aktar

It-tagħlim tal-Malti – rotot differenti biex nilħqu t-tfal kollha

Dawk kollha li llum jitgħallmu l-Malti mhu se jaraw l-ebda tibdil, u dan jinkludi dawk li jispeċjalizzaw fil-lingwa Maltija fl-istudji tagħhom. Id-diskussjoni se tiffoka fuq li jsir sforz biex il-Malti jintuża minn faxxa ikbar ta’ nies, kemm Maltin kif ukoll barranin. Li se jiġi diskuss mhu se jbiddel xejn milli hemm bħalissa, iżda se joffri rotot ġodda ta’ tagħlim għal dawk li llum il-Malti ma jużawhx.

Aqra aktar

Grant għal social workers fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUMN illum laħqu ftehim dwar is-social workers li huma impjegati ma’ dan il-Ministeru sabiex l-istess social workers ikomplu jiżviluppaw il-karriera professjonali tagħhom fl-interess tal-istudenti u l-familji tagħhom.

Is-social workers, permezz ta’ grant li se tingħata lilhom skont policy ċara, ser ikunu qed jiġu trattati fuq l-istess livell tas-social workers impjegati f’ministeri oħra.

Minn propjetà tal-Gvern għal binja tal-Università

Bħala parti mit-tisħiħ tal-edukazzjoni f’Malta il-Gvern ser jitrasferixxi l-bini tal-Universita’ l-Qadima li tinsab il-Belt Valletta, lill-Universita’ ta’ Malta.  B’dan ifisser li bħal Universitajiet barranin, l-Università ta’ Malta se jkollha l-proprjetà tagħha, li se jkun qed twassal biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tissaħaħ u finalment jgawdi l-istudent. Id-dettalji.

 B’dan żvelah il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li sostna l-impenn tal-Gvern li jkun ta’ sostenn biex din l-istituzzjoni awtonoma tkompli tisaħħaħ.

Il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li ”Universitajiet barra minn Malta tagħtihom is-saħħa l-propjetà u l-fatt li ser ngħaddulha dan il-bini, se tghinha jkollha l-propjetà tagħha.”

Aqra aktar

Ippjanar u twettiq fil-vjaġġ edukattiv

L-ogħla uffiċjali fit-tmexxija tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol attendew għal seminar bit-tema ‘Ippjanar u Twettiq’ li ffoka fuq it-tmexxija u l-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati fil-vjaġġ edukattiv. Dan is-seminar kien organizzat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Matul dan is-seminar kienu diskussi l-miżuri li l-Ministeru jrid iwettaq biex ikompli jtejjeb is-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Fih tkellmu l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Aqra aktar

Mniedi l-programm Ewropew bl-isem ‘European Solidarity Corps’

L-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima u l-Kap Eżekuttiv tal-EUPA u l-Koordinatur Nazzjonali tal-Programm Erasmus+ s-Sur Joe Schembri nedew il-Korp ta’ Solidarjeta’ Ewropew waqt il-Forum Annwali tal-partijiet interessati.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo appella sabiex naraw kif bħala gvern se naraw iżjed żgħażagħ jieħdu sehem f’dawn il-programmi u kif ukoll nżidu il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tagħna.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li din l-inizjattiva se tagħti opportunita’ liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fi proġetti ta’ solidarjeta’ bħala voluntiera jew bħala esperjenza ta’ xogħol kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Kompla jgħid li “dan il-programm se jagħti element żgħir ta’ finanzjament lill-volountiera biex jgħin dan is-settur ikompli jikber. Dan il-Gvern iħares lejn iż-żgħażagħ bħala waħda mill-ikbar riżorsi li għandu dan il-pajjiż u għaldaqstant huwa kommess biex isosstni kif ukoll jestendi il-ħidma maż-żgħażagħ.”

Il-Korp ta’ Solidarjetà Ewropew ser joħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jivvolontarjaw jew jaħdmu barra minn pajjiżhom jew f’pajjiżhom stess f’proġetti li jibbenefikaw il-komunitajiet u n-nies madwar l-Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet aktar minn €340 miljun lill-Istati Membri kollha biex jippermettu 100,000 post fl-2020 u l-baġit previst għal Malta fl-2018 huwa dak ta’ €900,000.

Il-forum ġabar madwar 50 ‘stakeholder’ tal-Programm Erasmus+ li jirrappreżentaw l-edukazzjoni ogħla, edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni adulta, żgħażagħ, negozji u min iħaddem.

L-għan ewlieni tal-forum kien li jniedi l-Programm Erasmus+ 2018 f’Malta, baġit biex ikollu €9 miljun f’finanzjament. Il-Programm Erasmus+ jipprovdi opportunitajiet għall-studenti, għalliema, ħaddiema żgħażagħ u żgħażagħ biex jistudjaw, iħarrġu, jiksbu esperjenza, u jivvolontarjaw barra minn pajjiżhom u huwa miftuħ għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ fis-setturi kollha tat-tagħlim tul il-ħajja u s-settur taż-żgħażagħ.

Send this to a friend