Edukazzjoni – Page 3 – One News

Notifiki

Jonqsu b’4% l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola

Stħarriġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juri li tul l-2017, l-ammont ta’ studenti Maltin li għażlu li jitilqu kmieni mill-iskola kien ta’ 17.7%, 4 punti perċentwali inqas mir-rata tal-2012.

Minkejja dan it-tnaqqis, Malta se tibqa’ timbotta sabiex tilħaq l-għan tagħha, li sal-2020 ikunu 10% biss l-istudenti li jieqfu jistudjaw kmieni. Aqra aktar

MEP Marlene Mizzi: “Bżonn ta’ aktar fondi għall-kultura u l-edukazzjoni”

Bħala kelliema u rapporteur tal-S&D fil-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) fil-Parlament Ewropew, l-MPE Marlene Mizzi enfasizzat li hemm bżonn investiment akbar fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni. Hija qalet dan fir-rapport tagħha dwar Fondi Ewropej bħall-Interreg, l-EDRF u strumenti ta’ finanzjament Ewropej oħrajn. Ir-rapport ġie vvotat b’maġġoranza b’saħħitha. Aqra aktar

Il-Gvern jirtira l-Abbozzi ta’ Liġi dwar l-Edukazzjoni


Il-Gvern irtira uffiċjalment l-Abbozzi ta’ Liġi proposti dwar l-Edukazzjoni wara li l-Unjin tal-Għalliema qalet li se tibqa’ għaddejja bl-istrajk ta’ nhar it-Tnejn minkejja r-rieda tajba tal-Gvern.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kiteb ittra lill-Parlament, fejn talab li l-abbozzi ta’ liġi proposti dwar l-edukazzjoni jkunu rtirati b’mod immedjat. Mill-ġdid, il-Gvern reġa’ appella lill-MUT biex tirtira l-istrajk ippjanat għat-Tnejn.

Il-Ministru Bartolo appella għall-kalma u għal rieda tajba mill-partijiet kollha nvoluti, iżda assigura li tkun xi tkun id-deċiżjoni tal-għalliema, il-Gvern se jirrispettaha u jiddefendiha.

Aqra aktar

“Irridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu, u nagħmlu minn kollox biex insaħħu din il-professjoni”- Il-Ministru Evarist Bartolo

F’messaġġ għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Għalliema, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo reġa’ ċċara l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-kontroversja li tqajment minħabba allegazzjonijiet li se jitneħħew il-warrants tal-għalliema minħabba tibdil fil-liġi. Bartolo insista li ebda warrant, kemm dak li nkiseb taħt l-att attwali, u kemm dak li nkiseb taħt l-att rivist, mhu se jitneħħa, jew jiskadi.

“Aħna rridu niżguraw li l-warrant jingħata, jinżamm kif inhu, u nagħmlu minn kollox biex insaħħu il-professjoni tal-għalliema”, temm jgħid il-Ministru.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jitlob laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-MUT

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni talab għal laqgħa ta’ konċiljazzjoni mal-MUT biex jiċċara l-partijiet fil-liġi proposta li qed toħloq ħafna mistoqsijiet minħabba interpretazzjoni skorretta. Hawnhekk il-parti fejn qed jingħad li l-att jiġi mħassar qed tiġi mifhuma ħażin li qed tirreferi għall- warrant. Din id-distinzjoni hija kruċjali. Fl-ebda ħin il-Ministeru ma rrefera għal tħassir tal-warrant.

Aqra aktar

Ebda warrant tal-għalliema mhu se jiġi rtirat jew jiskadi

Mhux minnu li l-warrants tal-għalliema se jitneħħew jew jiġu rtirati u l-ebda warrant mhi se tiskadi.

Sostna dan il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi stqarrija b’risposta għal kritika mill-Unjin Maltija tal-Għalliema l-MUT għal abbozz ta’ liġi biex jiġi aġġornat l-att dwar l-edukazzjoni.

F’laqgħa mal-membri tax-xandir, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri qal li l-liġi proposta tneħħi l-poter li l-Ministru jagħti jew ineħħi l-warrant tal-għalliema.Aqra aktar

Send this to a friend