Edukazzjoni – Page 2 – One News

Notifiki

ARA: X’jaħsbu t-tfal mill-iskola l-ġdida ta’ Marsaskala

Wara li t-tmexxija tal-iskola u l-persunal klerikali bdew joperaw mill-iskola l-ġdida fil-jiem li għaddew, u l-edukaturi ppreparaw il-klassijiet tagħhom, issa kien imiss lill-ewwel mitt student tal-kindergarten iżanżnu l-iskola primarja l-ġdida fil-lokalità ta’ Marsaskala hekk kif fetħet il-bibien tagħha. Mitejn student ieħor ta’ etajiet varji se jiġu rilokati l-gimgħa d-dieħla.

L-istudenti u l-għalliema tagħhom kienu ppreparati sa mill-bidu tas-sena skolastika u għalhekk dan iċ-ċaqliq ma kkawża ebda problema fit-tmexxija tal-iskejjel. B’investiment ta’ €7 miljun, din l-iskola għandha daqs ta’ 6,000 metru kwadru, inkluż parkeġġ għall-karozzi taħt l-art b’daqs ta’ 2,000 metru kwadru.

Din l-iskola se tkun qiegħda tikkumplimenta l-iskola primarja eżistenti fl-istess lokal li se tibqa’ topera. L-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ din l-iskola se ssir matul ix-xahar li ġej.

BIL-FILMAT: Il-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’

Bħalissa għaddejja l-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’ li hija mmirata għal tfal tat-tieni sena fl-iskejjel sekondarji. Permezz ta’ din il-fiera li għaliha qed jattendu mal-2,000 tifel u tifla, dawn l-istudenti ser ikunu jistgħu jiskopru b’mod aħjar 28 suġġett differenti- permezz ta’ pariri professjonali mingħand nies li huma mħarġa f’dan il-qasam.

Aqra aktar

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni iħeġġeġ l-MUT ikun imsieħeb ewlieni fit-tiġidid tas-sistema edukattiva ta’ Malta

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed iħeġġeġ lill-MUT kun pro-attiva u tkun imsieħeb ewlieni fit-tiġdid tas-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. Dan b’reazzjoni għat-tħassib li wriet l-istess MUT dwar is-sistema My Journey.

Fi stqarrija, il-Ministeru tenna li jemmen li s-suċċess mixtieq u meħtieġ fl-edukazzjoni jinkiseb meta l-partijiet jiġu flimkien bl-intenzjoni li jkomplu jtejbu u jġeddu biex fir-realtà l-affarijiet jitwettqu.Aqra aktar

Filmati: Uliedek se jkunu ggwidati aħjar dwar il-futur tagħhom

Fl-2017, Malta rat l-ikbar t-tnaqqis ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskejjel fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, hekk kif minn 23.7% fl-2013, l-ammont ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola naqas għal 17.7%.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Frank Fabri, esprima s-sodisfazzjon għal dan it-tnaqqis, u sostna li l-Ministeru qed iżid l-isforzi tiegħu biex anqas tfal iħallu l-bankijiet tal-iskola fi stadju bikri.Aqra aktar

Send this to a friend