Edukazzjoni – Page 14 – One News

Notifiki

IL-MATEMATIKA – l-aktar suġġet li għalieh studenti attendew klassijiet ta’ resits

Fil-Parlament il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien mistoqsi jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC, sena skolastika b’sena skolastika.

Jirriżulta li filwaqt li fl-ewwel sena tal-klassijiet ta’ reviżjoni, attendew 551 student, is-sena li għaddiet attendew 777, u din is-sena 770.

L-iktar suġġett li studenti għamlu resits tiegħu kien il-Matematika, kemm fl-2014 u kemm fl-2015. Wara, hemm l-Ingliż. Jirriżulta wkoll li kien hemm rata ogħla ta’ studenti li għaddew mir-resits fl-2014 milli fl-2015, kif jindikaw dawn it-tabbelli li kienu preżentati lbieraħ filgħaxija.

Aqra aktar

Min eċitat, min anzjuż!

Ħafna minn dawk li għadhom kif spiċċaw l-istudji tagħhom jaqblu li żmien l-universita kien l-isbaħ żmien ta’ ħajjithom.

Wara li l-ogħla stituzzjoni edukattiva reġgħet fetħet il-bibien tagħha nhar it-Tnejn, jidher li l-istudenti diġa’ stabilixxew rutina, iżda l-eċitament u dik id-daqsxejn ta’ ansjetà, ma tonqosx lanqas.

Aqra aktar

“Għadu dlam ċappa”

Storja ta’ tifel tal-iskola tirrifletti r-realtà ta’ ħafna.

Permezz ta’ forum fuq sit soċjali, raġel irrakkonta kif dan it-tifel joħroġ jistenna t-trasport għall-iskola meta ma tkunx laħqet telgħat ix-xemx.

Jemmen li għandha ssir xi ħaġa dwar il-fatt li minkejja li l-ħinijiet tal-iskola huma madwar sitt sigħat, it-tfal fil-verità jiddedikaw ħafna aktar ħin għall-iskola, meta tqis il-ħin li jivjaġġaw u l-ammont ta’ xogħol li jkunu jridu jagħmlu d-dar. Dan minbarra t-tagħlim reliġjuż li ħafna drabi jsir wara l-ħin tal-iskola (bħall-Mużew u d-duttrina) u attivitajiet oħra; żfin, kant, football, u privatijiet f’ċertu każi. Il-kittieb jistaqsi fejn hu l-ħin biex it-tfal jagħmlu dak li vera jixtiequ, igawdu ftit ħin liberu, u finalment igawdu t-tfulija.

Aqra aktar

Investiment li se jtejjeb l-aċċess għall-internet f’ 36 skola

Microsoft Malta, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, llum ħabbru proġett ġdid li kien jinvolvi l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ Wi-Fi f’36 skola madwar Malta u Għawdex. Għall-bidu, dan l-investiment kien se jkopri l-iskejjel pubbliċi iżda saru arranġamenti biex dan l-investiment seta’ jkun estiż ukoll fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati.
Aqra aktar

31% bla ċertifikati, 87% ikomplu jistudjaw

31% spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014 mingħajr ebda ċertifikazzjoni f’idejhom.

Din l-istatistika ħarġet minn studju li analizza x’sar miz-zgħazagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-2014. Statistika li fi kliem l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo hija inkwetanti ferm.

L-istudju sar fi Frar 2015, fost 93% taż-żgħażagħ  li temmew l-iskola sekondarja fl-2014. 7%  ma ġewx iddentifikati. Probabilment dawn mhux qiegħdin jistudjaw jew jaħdmu, jew inkella qegħdin jaħdmu mingħajr impjieg.

Aqra aktar

Xhieda li l-American University of Malta bdiet tagħti spinta lin-naħa t’isfel ta’ Malta

Il-propjetà f’Bormla reġa’ hemm talba għaliha. Kull ma jmur qed ninnotaw riklami bħal dan ta’ hawn taħt, ta’ min qiegħed jieħu l-opportunità mill-fatt li hemm il-proġett tal-American University of Malta maħsub għall-inħawi.

Kien f’Ġunju L-American University of Malta ingħatat il-liċenżja biex tibda topera minn pajjiżna bħala Università.

L-Universita’ se tilqa fiha mal-4,600 sudent u huwa stmat li se jkollha mal-271 akkademiku. L-Università se jkollha ħames fakultajiet imqassmin fuq il-kampus ta’ Żonqor fil-Baċir numru wieħed ta’ Bormla fejn ix-xogħol għaddej ġmielu.

Hu stmat li l-Università se tiġġenera żieda ta’ €48 miljun fit-tkabbir ekonomiku li jitla’ għal €85 miljun fis-sena, se toħloq 280 impjieg li jiżdiedu għal-470 u tagħti spinta lin-naħa t’isfel ta’ Malta. Kif jixhdu dawn ir-riklami.

 

Aqra aktar

Għal sena skolastika aħjar…

Issa li bdiet l-iskola, importanti l-ħin dedikat għal homework, studju u qari, importani raqda tajba biex it-tfal iqumu mimlija enerġija, u  importanti wkoll l-ikel li jieklu. Skont artiklu tal-esperta fid-dieta Emer Delaney, dan l-ikel għandu potenzjal jgħin lit-tfal jikkonċentraw u jmorru ferm aħjar fl-istudji akkademiċi:

Il-bajd 

Ingredjent imsejjaħ choline huwa essenjzali fl-iżvilupp tal-moħħ. L-isfar tal-bajda mimli minnha, minbarra l-proteini, ħadid, folate u l-Vitamina A.

Aqra aktar

“Nagħmlu kemm nagħmlu qatt m’hu biżżejjed”

Mill-illum se tkun qed tibda tintuża l-eks Skola Sekondarja li ġiet rinovata biex tintuża mill-istudenti tal-Primarja f’Ħaż-Żebbuġ. Fi żjara li għamel fl-istess skola, l-Ministru għall-Edukazzjoni,Evarist Bartolo, stqarr li minkejja li diġa sar bosta rinovar u nfetħu skejjel ġodda xorta waħda fadal aktar xi jsir, biex kull student jkollhu spazju adegwat fejn jiżvilluppa l-ħiliet tiegħu.
Aqra aktar

L-Alternattiva temmen li l-iskejjel għandhom ikunu aktar kapaċi jiddeċiedu għalihom

Fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida, il-kelliem għall-edukazzjoni ta’ Alternttiva Demokratika, Mario Mallia radd ħajr lil kull min ħadem biex l-iskejjel ikunu lesti u akkoljenti biex jilqgħu l-istudenti illum.

Tenna l-awgurju għall-sforz li qed isir biex l-iskejjel ikomplu jkunu għajn ta’ riflessjoni u azzjoni permezz ta’ bini ta’ komunitajiet ta’ tagħlim. “Huwa permezz ta’ dawn il-komunitajiet li tkun possibbli edukazzjoni iktar inklussiva li tindokra kull tifla u tifel”, tenna jgħid Mallia.

Aqra aktar

Send this to a friend