Edukazzjoni – Page 13 – One News

Notifiki

Imniedi att li jipproponi paga minima għall-apprentisti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda att ġdid bl-isem ta’ “Work Based Leaning and Apprenticeship”.

Dan se jwassal biex eventwalment issir riforma fil-liġi tal-apprentistat.

Fost l-affarijiet li jittratta d-dokument, hemm li l-istudenti apprentisti jkollhom kundizzjonijiet ta’ impjieg normali u garanzija ta’ paga minima meta jagħmlu din it-tip ta’ esperjenza.

Aqra aktar

Fost l-ikbar investiment fl-edukazzjoni

Malta kienet wieħed mill-ħames pajjiżi li n-nefqa tagħhom fuq l-edukazzjoni qabżet il-5%, meta wieħed iqabbel l-2014 mas-sena ta’ qabel.

Dan filwaqt li fl-Unjoni Ewropea kollha ż-żieda fl-investiment kienet ta’ 1.1%. Għaxar pajjiżi naqsu l-investiment tagħhom b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-2013.
Aqra aktar

2,415 LSA fl-iskejjel Maltin u Għawdxin

Fl-iskejjel Maltin u Għawdxin jaħdmu 2,415–il LSA, 1,622 minnhom fi skejjel Primarji, u 793 fi skejjel Sekondarji.

Għalkemm dan in-numru huwa wieħed sinifikanti, anki meta mqabbel mas-snin li għaddew, xorta teżisti lista ta’ stennija.

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li hemm 421 tifel u tifla jistennew LSA. Madanakollu emfasizza li minn dan in-numru m’hemm l-ebda każ serju.

Xi ħaġa li kkonfermatha Darlene Borg, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni Speċjali meta ħadet sehem fil-programm One News Breakfast.

Aqra aktar

226 student bl-awtiżmu b’għajnuna diversa fl-iskejjel

Kienu 226 student, li fl-2015 ingħataw l-assistenza neċċessarja fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna.

Dan qalu fi tweġiba Parlamentari l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Huwa spjega li hemm diversi servizzi ta’ għajnuna li joffri spazzju edukattiv għal studenti li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Aqra aktar

419-il student jagħżlu l-etika – ara kif jaħsbuha l-Maltin!

Fis-sena skolastika li għaddiet, 419-il student fl-iskejjel tal-Istat għażlu li jattendu għal-lezzjonijiet tal-Etika minflok tar-Reliġjon.

Innota dan il-Ministru għall-edukazzjoni, Evarist Bartolo fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.

Waqt One News Breakfast, Louise Chircop, koordinatriċi tas-suġġett fissret li l-etika tgħallem dwar valuri,  kif tista’ ssir persuna aħjar, u tgħix il-ħajja b’valuri sodi u b’saħħithom. Fuq kollox jitratta ħafna r-rispett lejn ħaddiehor.

Aqra aktar

Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-privat: tinħoloq il-fondazzjoni Education Malta

Education Malta hija Fondazzjoni li nħolqot bi ftehim bejn il-Gvern Malti u s-settur privat. Il-fondazzjoni se taħdem fuq inizjattivi għall-proġetti ġodda fil-qasam edukattiv, bil-għan li tattira lejn Malta iktar investiment barrani.

Education Malta se taħdem mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-formazzjoni ta’ diversi policies li għad iridu jittieħdu fis-settur edukattiv.

Aqra aktar

Jedukaw l-edukaturi!

Bdew programmi ta’ taħriġ professjonali fi ħdan l-Istitut għall-Edukazzjoni, biex jappoġġjaw lil kull tip ta’ edukatur ta’ kull livell.

It-taħriġ qed jingħata skont il-pjan ta’ azzjoni tal-iskejjel u l-aħjar metodi ta’ tagħlim.

Fil-ftuħ ta’ dan it-taħriġ, il-Kap Eżekuttiv Joanne Grima qalet li f’dinja li kontinwament qed tinbidel, it-tfal iridu jkunu mgħallma ċertu valuri u kompetenzi sabiex ma jkollhomx biss suċċess akkademiku, iżda wkoll suċċess soċjali u personali.

Għalhekk xogħol l-edukatur qatt ma jista’ jieqaf jevolvi biex dejjem ikun żgurat li l-iskejjel jagħtu l-aħjar esperjenza lill istudenti tagħna.

Aktar minn 5,000 tifel u tifla flimkien fl-isport

Aktar minn 5,000 tifel u tifla u magħhom anke adulti, ingħaqdu biex jagħmlu l-isport u jipparteċipaw fil-programm On The Move. Dan f’erbatax-il ċentru madwar Malta u f’ċentru ieħor li jibda mill-ġimgħa d-dieħla f’Għawdex.

Din hija attività sportiva tax-Xitwa, li fis-snin li għaddew kienet tissejjaħ Skola Sport.

Illum ingħata bidu għal dan il-programm li jibqa’ sejjer sa Mejju li ġej. Dwaru, one.com.mt tkellem ma’ Mark Cutajar, il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta.

Aqra aktar

Permess għal skola ġdida f’San Pawl il-Baħar

L-Awtortià tal-Ippjanar ħarġet il-permess għal bini ta’ skola ġdida f’San Pawl il-Baħar, proprju fi Triq il-Port Ruman u Triq Anneto Caruana fiż-żona tal-Qawra. L-iskola l-ġdida se tilqa’ 700 student u sebgħin għalliem. Se tinbena fuq erba’ sulari u fost oħrajn se jkun fiha child care u 29 klassi. Dan minbarra għadd kbir ta’ faċilitajiet moderni oħra. L-iskola se tinkludi wkoll parkeġġ li jesa’ 400 karozza li wara l-ħinijiet tal-iskola se jkun miftuħ għall-pubbliku.

Send this to a friend