Edukazzjoni – Page 12 – One News

“Qed iħaddan politika tal-gideb, b’allegazzjonijiet bla bażi li għamel illum”

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li kollox jindika li l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal midja tiegħu, qed iħaddan il-politika tal-gideb, bl-allegazzjonijiet bla bażi li għamel illum.

Dan għaliex il-Ministeru, kif ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, kemm-il darba spjegaw pubblikament li l-ebda każ ta’ korruzzjoni ma nżammet fil-mistur. Anzi, bid-differenza ta’ x’kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-passi ittieħdu kollha u l-Pulizija ntalbu jinvestigaw.

Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel, bil-Ministru jgħid li ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Aqra aktar

Anzjan li ħareġ għall-aħħar ġurnata ta’ xogħol ma jirritornax lura

Anzjan u missier li ħareġ għal dik li kellha tkun l-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu nbidlet fi traġedja.

L-emozzjoni ta’ dik il-ġurnata għal dan ir-raġel bdiet ma’ tlugħ ix-xemx, hekk kif dak li kien ħadem fih għal tul ta’ snin kien se jasal fi tmiemu.Il-familja tiegħu preparat festin biex tibdel ġurnata diffiċli għal waħda sabiħa.

Iżda sewwieq ta’ karozza li kien qed juża l-mobile waqt is-sewqan, bidel din il-ġurnata għal waħda traġika għal din il-familja.
Aqra aktar

“Tixtieq sidrek bħal ta’ din”

L-għalliem li allegatament kien abbużiv fil-konfront tal-istudenti bniet tiegħu jinsab sospiż, flimkien ma’ tliet studenti subien.

Li nistgħu nikkonfermaw hu li huwa għalliem tal-arti.  L-istorja ħarġet fil-beraħ meta l-Ministeru tal-Edukazzjoi ikkonferma li ġie mgħarraf dwar allegat abbuż li seħħ fi skola tal-Istat il-Ħamrun.

Kuraġġ tat-tifla li żvelat minn xiex kienet qed tgħaddi serva biex erba’ tfajliet oħra li allegatament għaddew minn sitwazzjonijiet simili, jersqu ‘l quddiem u jikxfu li għaddew mill-istess trawma.

Aqra aktar

Sab soluzzjoni prattika għad-domanda “Sir, nista’ mmur it-toilet?”

Għalliem fl-iskola primarja tal-Għargħur ġibdilna l-attenzjoni, bl-idea tiegħu ta’ ‘toilet station’. Jgħid li jħossu urtat li waqt il-lezzjonijiet it-tfal jinterrompu biex jistaqsu jistgħux jmorru t-toilet.

Għalhekk ħareġ b’idea – kull tifel u tifla jpoġġi s-sapun, xugaman u marker f’rokna partikolari tal-klassi. Meta jiġu biex imorru t-toilet, m’hemmx għalfejn isaqsu. Iridu l-ewwel jaraw hemmx ħaddieħor li diġa’ mar, u wara jirraġunaw bejnhom u bejn ruħhom jekk hux ħin tajjeb li jmorru jew inkella hux se jitilfu xi ħaġa importanti.

Meta jiddeċiedu li hu ħin tajjeb u m’hemm ħadd iktar, iniżżlu isimhom fuq whiteboard u xħin jiġu lura, iħassruh. L-għalliem Heathcliffe Schembri jissekriviha bħala sitwazzjoni “win-win”. Intom x’taħsbu?

Aqra aktar

100% SUĊĊESS -Malta l-unika pajjiż b’dan ir-riżultat

It-tfal kollha li ħadu sehem waqt il-Prince Trust temmew b’suċċess dan il-kors fl-Excel, b’Malta tkun l-unika pajjiż fost li rat suċċess ta’ 100%.

Il-Prince Trust twaqqaf is-sena l-oħra bil-għan li jgħin żgħażagħ f’riskju li ma jibqawx iffukati fuq is-sistema edukattiva.

Aqra aktar

Bartolo: “tlabt li jsir rapport lill-Pulizija”

 Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Qal li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.

Meta dalgħodu wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Bartolo żvela li saħansitra ta’ ordni biex min jissemma fl-allegat każ ma jkollux x’jaqsam la mal-Ministeru u lanqas mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.

“Mill-ewwel,” wieġeb Bartolo meta mistoqsi meta ħa dawn il-passi.

Aqra aktar

Aktar inċentivi biex it-tfal jaqraw

Il-kumpanija GO nediet fond b’investiment ta’ €80,000 biex iservi ta’ appoġġ għall-proġetti edukattivi u jiżdied l-interess fis-suġġetti tax-xjenza.

L-ewwel appoġġ għal ta’ dan il-fond se jkun fl-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”.
Kull librerija tal-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena se tingħata mitt ktieb interessanti biex it-tfal jitħajru jaqraw waqt il-ħin liberu. Il-kotba jinkludu dawk tal-ġeneru fiction u anke non fiction, u ħamin se jkunu bil-Malti, filwaqt  li ħamsin oħra jkuni bl-Ingliż.  Din l-inizjattiva se ssir b’investiment ta’ €11,000, u l-progett isir kollu tul din is-sena skolastika
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li huwa grat ħafna lejn dan l-appoġġ li qed jingħata l-Ministeru.

Mill-istudju, dritt għax-xogħol

F’dan iż-żmien tas-sena, l-Università ta’Malta tieħu xeħta differenti. Dan kif għadd ta’ studenti jilbsu t-toga u jiċċelebraw is-suċċess li jkunu għamlu fil-kors tagħhom.

F’dan iż-żmien, l-istudenti jkunu qed jaħsbu wkoll fuq x’se jagħmlu issa li se joħorgu mill-entità li qattgħu l-aħħar snin ta’ ħajjithom.

Segwu x’qalu lil Colin Deguara.

Aqra aktar

Send this to a friend