Edukazzjoni – Page 11 – One News

Notifiki

Il-Ministru Bartolo jerġa’ jiċħad allegazzjonijiet bil-qawwa

Għal darb’oħra, il-Ministru Bartolo ċaħad bil-qawwa l-allegazzjonijiet li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni li ma ttiħdux passi, jew li waqqaf lil xi ħadd milli jirraporta.

Fi stqarrija l-Minsiteru qal li tant kemm ittieħdu l-passi, li fit-12 ta’ Settembru 2016 il-Ministeru għamel rapport lill-Pulizija u kien l-ewwel rapport li daħħal dwar dan il-każ. Dan sar qabel ma kien hemm rapport li s-Sur Rizzo, minkejja li fl-1 ta’ Settembru kien mitlub jagħmel dan mill-Ministru stess.

Aqra aktar

L-FTS tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ Philip Rizzo

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ħarġet stqarrija li fiha tgħid li ċ-chairman u l-bord tad-diretturi jirrifjutaw bil-qawwi l-akkużi li għamel Philip Rizzo. Dan qal li bord ma appoġġax is-suġġerimenti tiegħu biex allegazzjonjiet dwar Edward Caruana, li kien jagħti pariri tekniċi lil Ministru, ikunu sottomessi għal investigazzjoni interna, u l-kwistjoni tmur għand il-Pulizija.

Iċ-chairman u l-bord tad-diretturi stqarr li appoġjaw li l-kwistjoni tittieħed fejn hemm bżonn, sabiex issir investigazzjoni.

Jumejn ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irċieva u aċċetta r-riżenja ta’ Philip Rizzo minn Kap Uffiċjal Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Aqra aktar

Issa tista’ tistudja mill-kumdità tad-dar

L-MCAST nediet korsijiet onlajn, f’aktar minn 200 suġġett differenti fosthom l-ICT, servizzi fil-komunitá u arti kreattiva. Dawn il-korsijiet se jkunu bla ħlas u jista’ jsegwihom kull min hu interessat li jżid l-għarfien tiegħu f’suġġett partikolari.
Aqra aktar

L-AUM tfittex l-akkademiċi, se jibda t-tagħlim

L-Università Amerikana ta’ Malta qed tħejji għall-ewwel sena akkademika tagħha tant li ta’ spiss fil-ġurnali qed jidhru reklami li jsejħu għall-akkademiċi biex jaħdmu ma’ din l-istituzzjoni.

Bl-ewwel kampus li se jintuża se jkun dak f’Bormla fejn issa x-xogħol avvanza sew.

Aqra aktar

Lanqas il-maltemp ma waqqaf lill-istudenti tal-iskola sekondarja tal-Imrieħel

 

Mill-attivitajiet marbuta maċ-‘Charity Fun Run’ organizzata mill-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża, inġabru mad-€9,000.

Il-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem ma qatax qalb l-istudenti.

Filfatt l-attivita’ ‘Niġri biex ngħin’ tħassret minħabba x-xita ma taqta’ xejn iżda hekk ukoll kienet it-turija ta’ solidarjetà hekk kif il-flus b’risq diversi organizazzjonijiet inġabru xorta.

Aqra aktar

“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna”

Matul l-laqgħa ġenerali annwali tal-Jobsplus, il-kap eżekuttiv Clyde Caruana, ta’ rendikont tax-xogħol li sar u l-inizjattivi li tnehdew matul din is-sena.

Is-sur Caruana qal li din kienet sena li ġabet magħha numru sostanzjali ta’ bidliet, b’mixja li waslet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għal Jobsplus; b’isem u dehra ġdida li jirriflettu mhux biss tibdil kożmetiku, iżda wkoll tibdil fil-qafas ta’ l-operat. Dawn it-tibdiliet ssarfu f’numru ta’ records fis-suq tax-xogħol, inkluż żieda fl-impjiegi b’rata d-doppju ta’ dik fiż-żona ewro, u l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif tul dawn l-aħħar tlett snin il-qgħad niżel minn 7,400 għal kważi 3,000.

Fost in-numru ta’ tibdiliet ġodda li saru matul dis-sena, daħlet fis-seħħ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi flimkien ma’ websajt ġdida, bil-mira li jinħoloq suq ta’ xogħol virtwali, filwaqt li żdiedet ukoll l-preżenza ta’ Jobsplus fuq siti soċjali sabiex jintlaħqu aktar nies.

Inbidlet ukoll b’mod radikali il-proċedura ta’ kif persuni li qed ifittxu xogħol jirreġistraw mal-Jobsplus, u żdiedet l-interazzjoni li jkollhom ir-reġistranti mal- employment advisers bl-għan li jiġu kkreati action plans għalihom, u b’hekk jkun hemm aktar għarfien tal-ħiliet ta’ dawk li qed jirreġistraw.

Aqra aktar

Is-sekondarja mhux se timbotta biss suġġetti akkademiċi

Proposta ta’ riforma strutturali tal-Edukazzjoni Sekondarja, se tibda tagħti importanza ndaqs lit-tliet tipi ta’ tagħlim: dik akkademika kif nafuha tradizzjonalment, dik vokazzjonali, u dik prattika.

Din ir-riforma se tiġi implimentata fis-sena skolastika 2019-2020. Ftit aktar min-nofs l-istudenti f’pajjiżna mhux jaslu bis-sistema preżenti tal-edukazzjoni u għalhekk qed tiġi proposta sistema ġdida li hija msesja fuq riċerka lokali u barranija li l-għeruq tagħha huma bbażati skont il-bżonnijiet tal-industrija.
Aqra aktar

Bartolo jġib fix-xejn allegazzjonijiet tal-PN

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li huwa diżappuntanti kif l-MEP Therese Commodini Cachia tiffirma stqarrija inġusta u giddieba, u li lesta titla’ fuq il-karru tal-gideb tal-Oppożizzjoni bħala kampanja biex tagħmel allegazzjonijiet dwar il-Ministru Evarist Bartolo.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Huwa spjega li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.
Aqra aktar

“Qed iħaddan politika tal-gideb, b’allegazzjonijiet bla bażi li għamel illum”

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li kollox jindika li l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħal midja tiegħu, qed iħaddan il-politika tal-gideb, bl-allegazzjonijiet bla bażi li għamel illum.

Dan għaliex il-Ministeru, kif ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, kemm-il darba spjegaw pubblikament li l-ebda każ ta’ korruzzjoni ma nżammet fil-mistur. Anzi, bid-differenza ta’ x’kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-passi ittieħdu kollha u l-Pulizija ntalbu jinvestigaw.

Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel, bil-Ministru jgħid li ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Aqra aktar

Send this to a friend