Edukazzjoni – One News

Notifiki

Malta tospita konferenza bil-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn edukazzjoni u xogħol

Qed issir ħidma biex  titnaqqas id-differenza bejn it-tagħlim fuq il-bank tal-iskola u d-dinja tax-xogħol. Fil-konferneza STEM High-level Event 2019, li qed issir f’pajjiżna, qed jiġu diskussi d-diffikultajiet tar-riżors uman li jsibu ċertu setturi.

F’Malta, is-settur tat-trasport, huwa fost l-aktar li qed jaffaċċja problemi ta’ nuqqas ta’ professjonisti. Il-konferenza li qed titratta s-suġġetti: tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika, u li fiha qed jieħdu sehem bosta ministri tal-edukazzjoni, kumpaniji privati, għalliema u ċentri tax-xjenza qed tindirizza l-problema komuni madwar l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ta’ nuqqas ta’ ħaddiema bil-ħiliet tal-erba’ suġġetti.Aqra aktar

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

ARA: X’jaħsbu t-tfal mill-iskola l-ġdida ta’ Marsaskala

Wara li t-tmexxija tal-iskola u l-persunal klerikali bdew joperaw mill-iskola l-ġdida fil-jiem li għaddew, u l-edukaturi ppreparaw il-klassijiet tagħhom, issa kien imiss lill-ewwel mitt student tal-kindergarten iżanżnu l-iskola primarja l-ġdida fil-lokalità ta’ Marsaskala hekk kif fetħet il-bibien tagħha. Mitejn student ieħor ta’ etajiet varji se jiġu rilokati l-gimgħa d-dieħla.

L-istudenti u l-għalliema tagħhom kienu ppreparati sa mill-bidu tas-sena skolastika u għalhekk dan iċ-ċaqliq ma kkawża ebda problema fit-tmexxija tal-iskejjel. B’investiment ta’ €7 miljun, din l-iskola għandha daqs ta’ 6,000 metru kwadru, inkluż parkeġġ għall-karozzi taħt l-art b’daqs ta’ 2,000 metru kwadru.

Din l-iskola se tkun qiegħda tikkumplimenta l-iskola primarja eżistenti fl-istess lokal li se tibqa’ topera. L-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ din l-iskola se ssir matul ix-xahar li ġej.

Send this to a friend