dwana | One News - Part 4

Notifiki

Viċin l-20 miljun oġġett falz maqbuda mid-dwana fl-2017

Matul l-2017, id-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta għamel qabda rekord ta’ oġġetti foloz. Fil-fatt, kważi 20,000,000 merkanzija falza ġiet interċetata minn Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fit-terminal tal-Port Ħieles ta’ Malta.

Din il-kisba ġiet mfaħħra mill-Grupp Globali kontra l-Falsifikazzjoni, li rrikonoxxiet lid-Dipartiment tad-Dwana lokali bħala l-Korp Nazzjonali ewlieni f’dan il-qasam, aktar kmieni s-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Jinqabdu 32,000 sigarett tal-kuntrabandu

Il-bieraħ, uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-Ajruport, u Uffiċjali tad-Dwana mill-Unità tal-Infurzar, indunaw bi 32,000 sigarett tal-kuntrabandu.
Filwaqt li l-passiġġieri li kienu qegħdin jgħaddu minn screening waqt li kienu qed joħorġu miż-żona tad-Dwana, bagalja partikolari, li waslet f’Malta fuq titjira minn Moska, ġiet immarkata mill-Uffiċjali tad-Dwana wara li għaddiet mill-magna XRAY, beda l-proċess ta’ screening mill-uffiċjali.

Saret tfittxija fiżika u 16,000 sigarett kienu elevati.
Il-passiġġier, ċittadin Moldovan, iddikjara li s-sigaretti ma kinux destinati għal Malta, iżda għal Spanja u fil-fatt kienet se jitlaq għal Spanja aktar tard matul il-ġurnata.
L-uffiċjali nnutaw li biċċa tal-bagalja addizzjonali tħalliet mwarba li, wara l-ispezzjoni rriżultaw li kienu tal-istess passiġġier. Twettqet spezzjoni fiżika u 16,000 sigarett ieħor ta’ kuntrabandu kienu elevati.

Il-Pulizija ta’ kontra l-frodi ġiet infurmata u poġġew lill-passiġġier taħt arrest. Il-passiġġier tal-Moldova huwa mistenni li jitressaq quddiem il-Qorti fis-sigħat li ġejjin

Id-Dwana Maltija tikkontribwixxi lill-kaxxa ta’ Malta €427 miljun

Is-suċċess tad-Dwana Maltija matul is-sena li għaddiet fil-ġlieda tagħha kontra l-kutrabandu kien rifless ukoll fid-dħul tagħha.

Matul is-sena li għaddiet, id-Dwana kkontribwixxiet lill-kaxxa ta’ Malta 427 miljun ewro, żieda ta’ 27 miljun meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Dan qalitu fi stqarrija li ħarġet id-Dwana fejn sostniet li l-biċċa l-kbira tad-dħul ġie minn dazju fuq l-importazzjoni u s-SISA.

Aqra aktar

Sena rekord għad-Dwana

Ilbieraħ ġie mmarkat Jum id-Dwana.

Ġurnata li timmarka wkoll tmiem in-nofstanari għall-ħaddiema tal-Gvern qabel jerġgħu jibdew bil-ġranet sħaħ.

F’din l-okkażjoni, id-Dwana tirrifletti dwar ix-xogħol li tkun għamlet matul l-aħħar tnax –il xahar, u tħares lejn il-viżjoni tagħha għas-sena li ġejja.Aqra aktar

Jinqerdu aktar minn 11-il miljun sigarett tal-kuntrabandu

F’impjant tar-riċiklaġġ f’Ħal Luqa, id-Dwana qerdet aktar minn ħdax –il miljun sigarett tal-kuntrabandu.
Dan b’ordni segwita minn sentenza tal-Qorti Ċivili, li għandhom jinqerdu 1,050 kaxxa b’10,000 sigarett f’kull waħda, li kienu ddaħħlu pajjiżna fil-Port Ħieles permezz ta’ kontejner fit-tmienja u għoxrin t’April li għadda.

Aqra aktar

Tkompli l-ħidma ta’ infurzar mid-Dwana

  • Interċettati 23,270 sigarett u 67 litru inbid tal-kuntrabandu;
  • Fost il-postijiet fejn inqabdu jinbiegħu minnhom is-sigaretti, kien hemm restorant, ħanut tal-ħaxix, ħanut tal-merċa, garage u karozza privata;
  • Spezzjonar fuq id-diesel

Il-kampanja mid-Dipartiment tad-Dwana kontra l-importazzjoni, il-bejgħ u l-konsum ta’ prodotti tal-kuntrabandu, b’mod partikolari sigaretti, kompliet tintensifika matul il-gimgha li għaddiet.

Matul din il-ġimgħa ġew miżmuma 23,270 sigarett tal-kuntrabandu, li minnhom 15,810 sigarett gew interċettati fl-ajruport qabel iddahhlu fil-pajjiż filwaqt li 7,460 ġew elevate mis-suq. Dawk bil-kuntrabandu li nqabdu fis-suq kienu tal-marka Business Royals, Capital, Burton, Richman, Tradition, u L&M. Dawn il-marki mhumiex permessi jinbiegħu f’Malta. Ġew elevati wkoll mis-suq 67 litru inbid li ma kienitx tħallset taxxa tas-Sisa fuqu.

Aqra aktar

Qabda ta’ sigaretti u nbid tal-kuntrabandu

Il-ħidma tad-dwana kompliet tintensifika, u fil-ġimgħa ta’ Santa Marija interċettat tmint elef, tmien mija u sittin sigarett, u mija u sitta u għoxrin litru inbid tal-kuntrabandu.

Jidher li l-kampanja mid-Dipartiment tad-Dwana ħalliet l-effett mixtieq, hekk kif matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija, it-telefonati mill-pubbliku ma waqfu xejn.

Aqra aktar

Send this to a friend