dwana | One News - Part 3

Notifiki

FILMAT: Maqbuda 25 kilo droga li tammonta għall-valur ta €700,000

Il-Pulizija arrestat tliet Taljani wara sejba kbira ta’ droga, allegatament raża tal-kannabis li kienet qed tinżamm moħbija fuq pallet f’garaxx f’Tas-Sliema.

Dawn il-persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn it-33 u 57 sena u residenti f’Birkirkara, kienu arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ iktar minn 25 kilo tal-pjanta tal-kannabis moħbija f’kaxex li kien fihom paketti tat-tissues.

Din il-qabda ta’ droga saret waqt rejd mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga u tar-Rapid Intervention Unit fi Triq Matthew Pulis.

Xhieda fuq il-post fejn seħħ ir-rejd qalu ma’ ONE News li l-Pulizija dehru deħlin fil-garaxx ta’ blokka li qiegħda tinbena b’ħeffa liema bħalha.

Fi ftit ħin, inqalgħet it-triq u nħolqot kommossjoni sħiħa meta l-pulizija dehru joħorġu għadd ta’ persuni mmannetjati. Tnejn minnhom ittieħdu direttament id-Depot tal-Pulizija l-Floriana filwaqt li raġel ieħor baqa’ jinżamm fuq il-post sakemm inħarġet is-sustanza kollha tad-droga.Aqra aktar

Aktar minn 50,00 flixkun xorb alkoħoliku se jinbiegħ mid-Dwana b’offerta

Eluf ta’ fliexken xorb alkoħoliku maqbuda mid-Dipartiment tad-Dwana fl-aħħar xhur se jinħarġu għall-bejgħ b’offerta. Dawn jinklufu fliexkent ta’ whisky, vodka, gin, bacardi, brandy, rum, xampanja, inbejjed u birer. B’kollox hemm 134 lott. 

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana wal ukoll li se jkun joħorġu għall-bejgħ 5 lottijiet ta’ sigaretti u sigarri.

Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru 2018, f’nofsinhar.Aqra aktar

Inawgurata taqsima tal-klieb tad-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana f’pajjiżna inawgura t-taqsima tal-klieb b’investiment ta’ €400,000. Din is-sezzjoni tal-klieb kienet inawgurata waqt ċelebrazzjoni ta’ Jum id-Dwana. Il-klieb se jkunu mħarrġa li jgħarfu d-droga, t-tabakk u affarijiet mhux iddikjarati. Dan ifisser li din is-sezzjoni se tkun qed iżżid is-suċċess fit-tfittxijiet tal-affarijiet li jiddaħħlu f’pajjiżna. Biex dan il-proġett ikun wieħed ta’ suċċess id-Dipartiment se jinvesti wkoll fil-bini ta’ Ċentru għat-Taqsima tal-Klieb tad-dwana f’Ħal Far. Dan il-bini se jinkludi fih ċentru ta’ riżorsi u faċilitajiet għat-taħriġ tal-klieb u mistenni jkun lest sa tmiem is-sena d-dieħla.Aqra aktar

Logħba apposta biex it-tfal jitgħallmu dwar ħidmet id-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana Maltija għadhom kif illonċjaw logħba b’xejn sabiex jiġi mfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dwana Ewropea. L-iskop tal-logħba hu li jiġu edukati l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar dwar il-ħidma tad-dwana.

Jisimha Nothing to Declare (M’għandi xejn x’niddikjara) u tinkludi 3 imkejjen differenti: il-port, l-ajruport u l-uffiċju tal-posta. Min jilgħab il-logħba jieħu l-irwol ta’ uffiċjal tad-Dwana li jipprova jwaqqaf dħul illegali kif ukoll li jara li dak li mhux iddikjarat jinstab.

Il-logħba tinstab fuq l-Apple App store, Google Play Store,  fuq Amazon Store. Aktar tard din is-sena, il-logħba se tkun tista’ tintlagħab b’lingwi differenti.

 

6,000 siġill falz ta’ ċilindri tal-gass maqbuda mid-dwana

Aktar minn 6,000 siġill falz tal-kumpanija Liquigas ġew interċettati mid-Dwana.  Din il-qabda ta’ importazzjoni f’Malta saret grazzi għall-koperazzjoni li kien hemm bejn id-Dwana mal-kumpanija Liquigas u r-rappreżentanti legali tagħha.

Sorsi li tkellmu ma’ One News qalu li min kien il-moħħ li jimporta f’Malta dawn is-siġilli foloz li setgħu jintużaw fuq iċ-ċilindri kollha tal-gass jiġifieri ta’ 12,15 kif ukoll tal-25 kilo seta’ kellu l-intenzjoni li jimla b’mod illegali ċ-ċilindri tal-gass tal-kumpanija Liquigas.

L-istess sorsi kkonfermaw li dawn is-siġilli foloz kienu ġejjin miċ-Ċina u ġew interċettati mid-Dwana u kien se jitwasslu f’Malta minn kumpanija li topera servizz ta’ posta veloċi.

One News tkellem ma’ Noel Debattista li huwa l-Operations Manager tal-kumpanija Liquigas, fejn spjega li kull siġill ta’ ċilindru tal-gass għandu ċertu dettalji speċifiċi fosthom numru partikolari li jiggarantixxi serħan il-moħħ lill-konsumatur:

 

“Is-siġill għandu numru li jirrapprezenta dak is-sigill partikolari- għandek ukoll il-parti minn fejn taqla s-siġill parti li hija ħamra- żigarella ħamra. Meta s-sigill huwa originali tal-liquigas il-konsumatur qed iserrah rasu li c-cilindru gie mimli fl-impjant li ghandu go Kalafrana- bil-qies kif suppost bl-ikbar safety”.

Din il-qabda tas-siġilli foloz waslet sabiex fis-suq Malti nstabu wħud minn dawn iċ-ċilindri; dan hekk kif ġie nnotat li dawn is-siġilli foloz kellhom l-istess numri mniżżel fuqhom- mentri fil-verita’ sabiex wieħed jassigura ruħu li għandu ċilindru maħruġ mingħand il-kumpanija Liquigas, is-siġill għandu jkollu numru uniku.

One News tkellem ukoll ma’ George Agius li huwa Manager id-Dwana fejn spjegalna kif bil-għajnuna tal-kumpanija Liquigass, id-Dwana tkun tista’ tipprevjeni milli l-konsumatur jixtri jew jikkonsma prodotti foloz:

 

“F’koperazzjoni sħiħa mal-liquigas irnexxielna inzommu milli jiġu impurtati siġilli taċ-ċilindri tal-gass domestiċi foloz- hawnhekk ahna nieħdu pjacir għax hemm toħroġ l-aspett qawwi tal-leġislatur fejn jitlob koperazzjoni sħiħa mis-soċjeta’ kummercjali mad-dwana biex flimkien ngħinu u nżommu l-affarijiet foloz milli jaslu għand il-konsumatur tagħna.”

 

 

Karozzi, alkoħol u żraben fost l-eluf ta’ oġġetti għall-bejgħ bl-offerta maqbuda mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana ħareġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2018 sa daknhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm.
Aqra aktar

Żieda ta’ €3,260,228 fi dħul mid-Dwana ta’ Malta f’Jannar 2018

B’konsegwenza ta’ diversi fatturi, fosthom it-tkabbir li qiegħda tirreġistra Malta fl-ekonomija tagħha, żieda fil-konsum, kif ukoll titjib fl-effiċjenza u l-kontrolli illi qiegħda tirreġistra id-Dwana ta’ Malta matul Jannar 2018, l-ewwel xahar ta’ din is-sena, komparat ma’ Jannar 2017, id-Dwana Maltija żiedet id-dħul totali tagħha bi €3.2 Miljun. Minn €33.4 Miljun f’Jannar 2017, għal €36.6 Miljun f’Jannar 2018.

Din iż-żieda fid-dħul ġiet reġistrata permezz ta’ żieda ta’ €1,548,814 mis-Sisa (Excise Duty), żieda ta’ €1,475,253 mill-VAT, żieda ta’ €51,449 mid-Dazju ta’ Importazzjoni (Import Duty) u żieda ta’ €184,712 minn dħul ieħor.

Aqra aktar

Send this to a friend