dwana | One News - Part 2

Notifiki

Raġel jinqabad fl-ajruport b’aktar minn €11,000 mhux iddikjarati- mistenni jitressaq il-Qorti

Libjan li lbieraħ filgħaxija kien se jħalli pajjiżna lejn it-Tuneżija, kellu fuqu aktar minn €11,000 mhux iddikjarati. Fis-sala tat-tluq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, uffiċjali tad-Dwana sabu fuq ir-raġel il-flus f’muniti ta’ pajjiżi differenti, li skontu kienu flus li faddal u kien se jieħu lura pajjiżu. Aqra aktar

BIR-RITRATTI: 5,020 kilo reżina tal-kannabis interċettati fil-Freeport – it-tieni l-akbar qabda droga fl-istorja ta’ Malta

L-Uffiċjali tad-Dwana wettqu t-tieni l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja pajjiżna, hekk kif ġew interċettati 5,020 kilo reżina tal-kannabis f’kontejner fil-Port Ħieles. Din is-sena hija l-aktar sena li fiha nqabdet droga mill-Uffiċjali tad-Dwana b’total ta’ aktar minn 16,000 kilo droga.Aqra aktar

Żewġt irġiel jinqabdu b’aktar minn €21,000 mhux iddikjarati huma u jħallu Malta

Id-Dwana qabdet lil żewġ passiġġieri Eġizzjani jġorru fuqhom aktar minn €21,000 mhux iddikjarati.

L-Eġizzjani kienu se jħallu Malta fuq l-istess titjira lejn Istanbul qabel ma jaqbdu titjira oħra lejn pajjiżhom.

Il-flus instabu f’numru ta’ envelops fil-bagalji tal-passiġġieri, u qalu li l-flus kienu l-pagi tal-kollegi tagħhom.Aqra aktar

Mhux ħati li daħal Malta bi flus foloz

Bessam Abdulhamid ma nstabx ħati li daħal Malta bi flus foloz, għaliex kien hu stess li nforma l-awtoritajiet bihom.

Il-każ jeħodna lura għal Mejju tal-2015, fejn mal-wasla tal-akkużat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’titjira minn Istanbul, hu stess informa lill-uffiċċjali tad-Dwana li fil-bagalja tiegħu kellu żewġ mazzi ta’ biljetti tal-flus stampati f’forma ta’ €200.Aqra aktar

Konfiskati €15,000 fi flus mhux iddikjarati

Dalgħodu uffiċjali tad-Dwana stazzjonali fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta qabdu passiġġier li fuqu kellu aktar minn €25,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier lu huwa Libjan li ġie mwaqqaf fil-mumenti qabel tela’ fuq l-ajrulan.

Aqra aktar

Sparky l-kelb tad-Dwana jaqbad 10 kili droga minn Sqallija

 

F’anqas minn 24 siegħa minn qabda kbira ta’ 44 kilo droga kokaina fil-Port Ħieles, id-Dwana ta’ Malta wettqet qabda oħra ta’ 10 kili droga kannabis li l-valur tagħha fis-suq huwa ta’ €20,000.

Is-sejba tad-droga saret l-Erbgħa permezz tal-kelb tad-Dwana Sparky, wieħed mill-klieb il-ġodda li għadhom kif issieħbu fit-Taqsima tal-Klieb tad-Dwana.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinfetħu l-kontejners tas-sigaretti tal-kuntrabandu

Il-kaxxi tal-kartun doppji u bla dettalji li kienu mgeżwra fihom il-grosos tas-sigaretti tal-kuntrabandu, kienu fost l-ewwel suspetti li għorku l-għajnejn għassiesa tal-uffiċjali tad-Dwana Maltija li l-kontejners seta’ kienu mimlija b’sigaretti foloz u tal-kuntrabandu.

Stqarr dan id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Chetcuti waqt li kienu qegħdin iħottu l-kaxxi mill-erba’ kontejners li nħażnu fihom is-37 miljun sigarett tal-kuntrabandu fil-Marsa.

Aqra aktar

Send this to a friend