Droga | One News - Part 9

Notifiki

Investiment fil-vetturi tal-korp tal-pulizija

B’investiment ta’ mija u tletin elf ewro nbidlu l-ewwel għaxar karozzi tal-Pulizija fid-distretti bil-pjan li jinbdilu erbgħin oħra fix-xhur li ġejjin.

L-Ispettur Jeffrey Scicluna mill-Għassa tal-Belt Valletta, sostna kif karozzi ġodda bl-aħħar teknoloġija jiswew daqs mitqlu deheb fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità. Qal li l-vetturi għandhom bosta funzjonijiet fosthom rondi, rapporti u ġarr ta’ persuni arrestati.

L-Ispettur spjega d-deċiżjoni li l-Korp imur għal karozzi iżgħar minn dawk preċedenti.

Fir-rigward tad-daqs tagħhom wieħed irrid jinnota li dawn mhux dejjem jintużaw f’main roads, imma l-maġġoranza fil-qalba tal-irħula f’ toroq dojoq fejn jien nemmen li dawn se jkunu aktar utli f’manuvrar tal-vetturi

L-Ispettur Scicluna sostna kif l-Għases flimkien mad-distretti implimentaw strateġija li permezz tagħha qegħdin jiġu solvuti iżjed każi ta’ kriminalità permezz ta’ ‘patrols’.

Norganizzaw il-patrol ma jsirx bl-amment. Ikun hemm analiżi tal-istatistika tagħna minnhom jiġu identifikati dawk li ngħidulom hot spots jiġifieri prolemi speċifiċi f’areas u x-xogħol jitqassam, u għandek iktar ċans li taqbad lil xi ħadd fil-fatt  

Iżda fuq kollox l-aktar ħaġa importanti qal l-Ispettur Scicluna hi li jiżdied il-kuntatt maċ-ċittadin. Qal li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jiddaħħal il-kunċett ta’ ‘Community Policing’.

Ġew identifikati uffiċjali tal-pulizija fejn xogħolhom se jkun li jagħmlu laqgħat mal-komunità biex nidentifikaw aktar hotspots

Biż-żieda ta’ dawn il-vetturi se tiġi mmodernizzata u msaħħa l-flotta preżenti fil-fergħat kollha tal-Puliziija, mhux biss fid-distretti iżda wkoll fl-iskwadri speċjalizzati.

Ipprova jbiegħ il-kannabis f’Paceville

Raġel ingħata sentenza ta’ sena ħabs u weħel mitejn ewro multa wara li nstab ħati li pprova jbiegħ il-kannabis f’Paceville.

Il-Libjan ta’ sebgħa u għoxrin sena li jgħix fl-Imsida, kien arrestat f’Settembru li għadda wara li kien osservat mill-pulizija joħroġ il-kannabis miż-żarbun u jagħtiha lil turist Taljan.

Aqra aktar

Riħa ta’ kannabis minħabba 40 kilo esebiti fl-awla

Riħa ta’ kannabis iddominat l-awla tal-qorti dalgħodu malli l-pulizija daħlu bi 11-il baskett mimlijin fejn esebixxew 40 kilo kannabis quddiem il-qorti.

Din il-qabda saret ġimgħatejn ilu fejn Austin Mallia, Sandro Lopresti u Michele Artale ġew arrestati wara li sar rejd fil-propjetà tal-irġiel fl-Iklin.

Id-droga nstabet fil-freezer u fit-tumbledryer flimkien ma’ €16,000 fi flus kontanti u anke armi.

Kevin Pulis mill-iskwadra ta’ kontra d-drogi spjega kif seħħet l-operazzjoni.

 

Sliemiża tinżamm arrestata fuq traffikar tad-droga

Sabrina Grech ta’ sebgħa u għoxrin sena minn Tas-Sliema ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet akkużata bi traffikar tad-droga f’numru ta’ lokalitajiet.

Hija ġiet akkużata li ttraffikat u kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina, eroina u kannabis fil-ġurnata tal-ewwel t’April u fix-xhur ta’ qabel.

Aqra aktar

Aġġornat: Jinżammu arrestati wara sejba ta’ 40 kilo droga

Is-Sibt tressqu l-Qorti t-tliet irġiel arrestati waqt rejd fil-Ħamrun nhar il-Ħamis, liema rejd waqtu nstabu erbgħin kilo ta’ droga allegatament kannabis.

Austin Mallia ta’ tlieta u tletin sena u Michele Artale taljan ta’ seba u erbgħin sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ġew imressqa l-qorti mixlija b’pussess ta droga allegatament kannabis misjuba fl-istess operazzjoni.

Flimkien ma’ dawn iż-żewġt irġiel tressaq il-Qorti wkoll Taljan ieħor ta’ tlieta u erbgħin sena Sandro Lo Presti li ġie arrestat waqt li kienet għadejja l-interogazzjoni tat-tnejn l-oħra.

Huma ġew mixlija wkoll li impurtaw u li assoċjaw rwieħhom biex tinbiegħ u tiġi traffikata din il-droga u li kellhom fil-pussess tagħhom din is-sustanza f’ċirkustanza li turi li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

Fil-Qorti d-difiża mmexxija mill-Avukati Christopher Chircop u Arthur Azzopardi talbu għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Kevin Pulis u Jonathan Cassar oġġezzjonaw għal din it-talba.
Dawn tal-aħħar argumementaw li l-investigazzjoni b’rabta ma’ din is-sejba għadha għadejja u tista’ twassal għal iżjed sejbiet, u għad hemm xhieda pajżana li għad trid titla tixhed. Għaldaqstant jekk dawn jingħataw il-ħelsien mill-arrest din ix-xhieda tista’ tiġi kkontaminata.

Il-Maġistrat ma laqgħatx it-talba tad-difiża tal-ħelsien mill-arrest u għalhekk it-tliet irġiel se jinżammu arrestati.
Madankollu bi qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni – iż-żewġ Taljani ser jinżammu arrestati b’mod separat fil-faċilita korettiva ta’ Kordin u l-Malti ser jinżamm arrestat fit-taqsima forensika fl-Isptar Monte Karmeli fuq talba tal-istess difiża  dan anke jekk ma jbati mill-ebda kundizzjoni mentali. Dan biex ikun evitat kull kuntatt bejn l-akkużati.

Fuq talba tal-prosekuzzjoni it-tliet akkużati kellhom l-assi kollha tagħhom iffriżati.

Send this to a friend