Droga | One News - Part 7

Notifiki

ESKLUSSIVA BIR-RITRATTI: Qabda enormi ta’ droga f’għadd ta’ kontejners fil-Freeport

Ħidma kbira mill-uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport wasslet għal dik li hija maħsuba bħala l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja ta’ pajjiżna.

ONE NEWS jinsab informat li d-droga, li nstabet f’tunnellati kbar, instabet f’għadd ta’ kontejners li kienu għadhom kif waslu Malta mis-Sirja bid-destinazzjoni aħħarija tkun dik tal-Libja.

Id-droga suspetatta reżina tal-kannabis instabet fi bramel tat-trab tas-sapun tal-ħwejjeġ.Aqra aktar

Ippruvaw jimpurtaw id-droga f’pakkett tal-popcorn

Mandy Cassar ta’ 29 sena mis-Swieqi ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti akkużata li ffirmat għal pakkett suspettuż li kien fih tliet kotba u pakkett kannabis.

L-Ispettur Joseph Xerri qal li nhar is-17 ta’ Awwissu rċieva informazzjoni li daħal pakkett suspettuż mill-Amerika, li kien indirzzat lil Richard Calleja residenti s-Swieqi. Spjega kif fuq il-pakkett kien hemm immarkat li fih kien hemm erba’ kotba u pakkett popcorn.Aqra aktar

Jiskopru sistema biex traffikanti tad-droga jevitaw ikla ħabs

Il-Pulizija Maltija skopriet sistema fejn fiha traffikanti tad-droga f’Paceville, sabiex jevitaw ikla ħabs, allegatament qed jaħbu ammonti żgħar tad-droga f’postijiet mwarrba madwar iż-żona ta’ Paceville. Dan sabiex inaqqsu r-riskju li jinqabdu b’ammonti kbar u jekk jitressqu l-Qorti ma jiġux akkużati bħala traffikanti.

Il-Qorti tal-Maġistrati semgħet dan waqt smigħ ta’ każ fejn tlett irġiel ġew arrestati b’rabta ma’ akkużi ta’ droga waqt il-jiem ta’ festi ta’ Santa Marija.

L-Ispettur Trevor Micallef spjega kif gruppi ta’ suspettati traffikanti tad-droga qed jinġabru f’żoni partikolari fejn hemm id-divertiment jistennew lill-klijenti, fejn wara jibgħatu lil persuna oħra li tkun taħdem magħhom biex jiġbru d-droga fi kwantità żgħira meta klijent javviċinahom.

Il-Qorti semgħet kif din id-droga tkun moħbija fi xquq u konsenturi f’postijiet strateġiċi madwar iż-żona ta’ Paceville. Aqra aktar

Send this to a friend