Droga | One News - Part 6

Notifiki

BIL-FILMAT: 14-il persuna arrestata waqt rejd fis-Swatar

Rejd mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’maħżen fis-Swatar wassal għall-arrest ta’ mhux inqas minn 14-il persuna.

Il-każ seħħ għal ħabta tad-09:15 fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra fis-Swatar hekk kif il-Pulizija fil-ġimgħat li għaddew rċeviet diversi rapporti ta’ attività relatata ma’ droga fl-inħawi.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Casa skomdu għall-aħħar meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk qattx għamel użu mid-droga kokaina

L-Ewroparlamentari u l-Kap tad-delegazzjoni fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa deher skomdu għall-aħħar u rrifjuta milli jwieġeb dwar l-istorja tal-MaltaToday il-Ħadd li għadda.

Storja li żvelat kif whistleblower qed jallega li Casa kellu l-vizzju tad-droga u saħanistra kien jagħmel użu minnha fid-Dar Centrali.

Aqra aktar

Ma jinstabx ħati ta’ traffikar ta’ droga

Il-Qorti tal-Appell biddlet deċiżjoni li kienet sabet ħati lil Carmel Spiteri minn San Ġiljan bi traffikar ta’ droga wara battalja twila 16-il sena li nvolviet tlett appelli, wara li impjegat ammetta li d-droga kienet tiegħu.

Lura fl-2002, il-pulizija kienet sabet 35g trab abajd, li wara rriżulta li kienet kokaina bi tletin fil-mija purità, fil-vann tiegħu.Aqra aktar

FILMAT: Maqbuda 25 kilo droga li tammonta għall-valur ta €700,000

Il-Pulizija arrestat tliet Taljani wara sejba kbira ta’ droga, allegatament raża tal-kannabis li kienet qed tinżamm moħbija fuq pallet f’garaxx f’Tas-Sliema.

Dawn il-persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn it-33 u 57 sena u residenti f’Birkirkara, kienu arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ iktar minn 25 kilo tal-pjanta tal-kannabis moħbija f’kaxex li kien fihom paketti tat-tissues.

Din il-qabda ta’ droga saret waqt rejd mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga u tar-Rapid Intervention Unit fi Triq Matthew Pulis.

Xhieda fuq il-post fejn seħħ ir-rejd qalu ma’ ONE News li l-Pulizija dehru deħlin fil-garaxx ta’ blokka li qiegħda tinbena b’ħeffa liema bħalha.

Fi ftit ħin, inqalgħet it-triq u nħolqot kommossjoni sħiħa meta l-pulizija dehru joħorġu għadd ta’ persuni mmannetjati. Tnejn minnhom ittieħdu direttament id-Depot tal-Pulizija l-Floriana filwaqt li raġel ieħor baqa’ jinżamm fuq il-post sakemm inħarġet is-sustanza kollha tad-droga.Aqra aktar

Kelb mans kien qed jaħbi d-droga

Horace Pace ta’ 42 sena mis-Siġġiewi li jinsab mixli bi traffikar ta’ droga, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’€10,000.

Il-każ seħħ f’Awwissu li għadda wara li l-pulizija wettqu rejd f’razzett tat-tiġieġ fis-Siġġiewi fejn fost oħrajn sabu kilo eroina f’kennel ta’ kelb.Aqra aktar

Send this to a friend